DESKRIZZJONI TAX-XOGĦOL

Titolu: Uffiċjal Ambjentali

Jirrapporta lil: Direttur Eżekuttiv

 

Informazzjoni Ġenerali

Il-Fondazzjoni Valletta 2018, li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tat-titolu tal-Belt Valletta bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018, teħtieġ is-servizzi ta’ Uffiċjal Ambjentali fuq bażi part-time.

Għan tax-xogħol:

Matul u fil-preparamenti għas-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018, il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tfittex is-servizzi ta’ Uffiċjal Ambjentali biex jingħaqad ma’ tim impenjat u enerġetiku fil-koordinazzjoni tal-Programm Kulturali għall-2018.

L-Uffiċjal Ambjentali se jkun responsabbli biex jiggwida l-Programm ta’ Valletta 2018 lejn prattiki aktar sostenibbli u favur l-ambjent. L-Uffiċjal Ambjentali se jikkoordina u jassisti fl-implimentazzjoni tal-Politika Ambjentali ta’ Valletta 2018 fi ħdan bosta dipartimenti, internament u esternament.

Kompiti u Responsabbiltajiet Ewlenin:

  • Koordinazzjoni mal-konsulent estern tas-sostenibbiltà
  • Il-bini ta’ ppjanar operattiv għal żmien qasir u żmien fit-tul li jinkorpora prattiċi sostenibbli
  • Li jaġixxi bħala persuna li jħarreġ biex jeduka t-timijiet tal-produzzjoni, il-koordinaturi u l-imsieħba fil-prattiċi sostenibbli
  • Isib soluzzjonijiet f’isem it-timijiet tal-produzzjoni biex jassisti fl-implimentazzjoni tal-politika
  • Iwettaq analiżi tal-effettività tal-inizjattivi tas-sostenibbiltà fis-seħħ u jiżviluppa u jimplimenta sistemi biex jitkejjel il-progress tagħhom
  • Jimmonitorja l-attivitajiet prodotti u koprodotti mill-fondazzjoni biex jiżgura li l-politiki ambjentali huma fis-seħħ u qed jiġu mħarsa
  • Iżomm kuntatt u jikkoordina ma’ fornituri tas-servizz terzi biex jiżgura l-implimentazzjoni b’suċċess tal-politika
  • Iżomm kuntatt mat-timijiet tal-komunikazzjoni u tal-marketing biex jippromwovi strateġiji tal-marketing speċifiċi
  • Iżomm kuntatt mad-dipartimenti rilevanti inkluż id-Dipartimenti tar-Riċerka u tal-Voluntiera.

 

Kwalifiki & Esperjenza:

  • Esperjenza fl-implimentazzjoni ta’ inizjattivi tal-attivitajiet sostenibbli,
  • Lawrja f’qasam rilevanti,
  • Esperjenza ta’ ħidma/volontarjat fis-setturi ambjentali u għat-twassil ta’ bidla fl-oħrajn,
  • Esperjenza fil-koordinazzjoni tal-ippjanar operattiv għal gruppi diversi
  • Esperjenza fil-ġestjoni ta’ programm u fl-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni ta’ suċċess
  • Esperjenza ta’ kowċing, appoġġ jew taħriġ ta’ persunal u fornituri interni u esterni

 

Kompetenzi:

  • Għandu jkollu ħiliet tajba tal-komunikazzjoni
  • Għandu jkun awtomotivat u kapaċi jimmotiva l-persunal fil-livelli kollha
  • Għandu jkollu ħiliet analitiċi u ħiliet tal-kitba tar-rapporti tajbin
  • Għandu jkollu ħiliet tal-IT
  • Għandu jkollu kondotta nadifa tal-pulizija
  • Għandu jkun familjari mal-politiki u l-liġijiet ambjentali
  • Għandu jkun disponibbli li jaħdem fil-weekends u matul is-sigħat ta’ barra x-xogħol

 

Termini u Kundizzjonijiet

Kuntratt u Salarju

Din il-kariga hija fuq bażi ta’ kuntratt għal servizz definit (Freelance inkluż il-VAT) u mhux se jkun imġedded.

Il-kandidat ta’ suċċess se jkun mistenni jaħdem fuq bażi part-time (jumejn fil-ġimgħa).

Il-ħlas jiġi negozjat skont l-esperjenza u l-kwalifiki.

 

Applikazzjonijiet

Applikanti interessati għandhom jibgħatu ittra ta’ applikazzjoni flimkien ma’ kopja tal-Curriculum Vitae tagħhom fuq [email protected] sa mhux aktar tard mit-Tnejn 10 ta’ Lulju 2017, nofsinhar.

Applikanti għandhom jispeċifikaw b’mod ċar li qed japplikaw għall-kariga ta’ “Uffiċjal Ambjentali” fis-suġġett tal-email tagħhom.

 

Dan huwa kuntratt għal servizz, jumejn fil-ġimgħa, ibbażat fl-Uffiċċji ta’ Valletta 2018.