Sal-20 ta’ Marzu 2018

Valletta 2018 u l-kumpanija teatrali Żvizzera V XX ZWEETZ qed ifittxu 4 atturi (irġiel u nisa), biex ikunu parti mill-wirja one-to-one Secret Sound Stories f’Altofest Malta 2018, fi ħdan il-Valletta 2018, Kapitali Ewropea tal-Kultura.

L-atturi magħżula se jaħdmu flimkien mat-tim ta’ V XX ZWEETZ fuq il-kitbiet tal-kittieb Malti George Cini u joħolqu prestazzjoni speċifika li se tittella’ fi Strada Stretta, il-Belt Valletta.

Perjodu

Workshop (Valletta, Malta)

28 ta’ Marzu > 13 ta’ April (16-il jum) 7 ta’ Mejju > 10 ta’ Mejju (4 ijiem)

Wirja (Strada Stretta, Valletta, Malta)

13 ta’ April u 11 – 12 – 13 ta’ Mejju

Tingħata somma flus kuljum għall-workshops. Il-wirjiet jitħallsu.

Secret Sound Stories

Secret Sound Stories huwa vjaġġ interattiv, intimu u personali għal semmiegħa individwali. Il-kumpanija tagħna tikteb stejjer ispirati minn immaġnijiet u xogħlijiet tal-arti ta’ spazji għall-esibizzjonijiet: jingħadu b’mod dirett minn atturi moħbija li jsegwu u josservaw lis-semmiegħa mingħajr ma jidhru. L-ilħna tal-atturi jiġu trażmessi b’mod dirett f’wireless headphones filwaqt li jagħtu l-ħajja lil storja unika, għaqda delikata bejn poeżija u ħoss li għal waqt qasir tittrasforma l-ispazju f’dinja parallela ta’ immaġinazzjoni.

KLAWSOLI

ž L-atturi jridu jkunu disponibbli għall-perjodi msemmija iktar ’il fuq

ž L-atturi jridu jkunu jafu sew l-Ingliż

ž L-atturi jrid ikollhom fejn joqogħdu fil-Belt Valletta matul il-perjodi msemmija hawn fuq

 

BIEX TIEĦU SEHEM, JEKK JOGĦĠBOK IBGĦAT

ž Test qasir miktub BL-INGLIŻ ispirat minn wieħed mill-erba’ ritratti f’din il-ħolqa (massimu ta’ paġna)

ž Ir-rekording ta’ parti mit-test fil-format mp3 (tista’ wkoll tirrekordja permezz tal-mowbajl tiegħek)

ž Is-CV tiegħek (MINGĦAJR RITRATT U MINGĦAJR VIDEO)

 

Jekk jogħġbok ibgħat il-materjal kollu hawn: [email protected] U [email protected] SAT-13 ta’ Marzu 2018.

Suġġett: “Secret Sound Stories – Altofest Malta 2018”

 

Għal aktar informazzjoni:

 www.vxxzweetz.com

www.secretsoundstories.com

www.altofest.net