Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qiegħda toffri l-opportunità lil żgħażagħ li twieldu bejn 1999 – 2004 biex jirrevedu xi wħud mill-aqwa esibizzjonijiet u rappreżentazzjonijiet ġodda. Il-proġett Bloggers Żgħażagħ ta’ Valletta 2018 huwa miftuħ għaż-żgħażagħ ta’ Malta u Għawdex.

Kull blogger jingħata żewġ (2) biljetti għalih u għal mistieden tiegħu.  L-opportunità se tingħata abbażi ta’ min japplika l-ewwel jintgħażel  l-ewwel.  Il-Bloggers Żgħażagħ ta’ Valletta 2018 iridu jibagħtu l-artiklu tagħhom fi żmien tlett ijiem mill-attività li jkunu attendew.  Tista’ tikteb kemm bil-Malti jew bl-Ingliż – l-għażla f’idejk!

X’se tirrevedi?

Żur is-sit elettroniku tagħna https://valletta2018.org/attivitajiet/?lang=mt.  Wara li tapplika, tirċievi lista’ ta’ attivitajiet mill-Programm Kulturali biex tagħżel minnhom, fosthom mużika, teatru, arti viżiva, żfin u letteratura lokali u internazzjonali.

X’tikteb fl-artiklu?

Staqsi lilek innifsek, x’informazzjoni taħseb li l-qarrej irid ikun jaf?

  • Min huma l-artisti?
  • Dwar x’hiex inhi l-attività?
  • L-artisti kif jesprimu u jesebixxu l-ideat tagħhom? Kif qed jiġi trattat is-suġġett mill-artist fil-esibizzjoni tiegħu?
  • Għoġbitek? Għaliex?

Kun onest/a fil-kritika tiegħek u  saħħaħ l-ideat tiegħek b’eżempji ċari mill-preżentazzjoni jew l-esibizzjoni.

Fejn se jidher l-artiklu tiegħek?

Id-dettalji tiegħek, inkluż l-età, l-iskola (fejn relevanti) flimkien mal-artiklu se jiġu ppublikati fuq il-blog ta’ Valletta 2018.  Din hija opportunità unika biex tesprimi l-opinjoni tiegħek fuq  pjattaforma lokali u internazzjonali.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, ikkuntattjana fuq [email protected] u nirrisponduk malajr kemm jista’ jkun.

Kif tapplika:

Biex tipparteċipa bħala Blogger Żagħżugħ ta’ Valletta 2018 applika hawn.  Kull applikazzjoni trid tkun akkumpanjata bil-formola tal-kunsens iffirmata, li tista’ titniżżel minn hawn.  Il-formoli ta’ kunsens jistgħu jiġu ffirmati, skenjati u mibgħuta permezz tal-Google Form jew inkella jintbagħtu bil-posta lill:  attn: Bloggers Żgħażagħ, Fondazzjoni Valletta 2018, The Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, Valletta VLT 1117.  L-applikazzjonijiet ma jiġux ikkunsidrati jekk il-Fondazzjoni ma tirċevix il-Formola tal-Kunsens.  F’ każ li applikanti għandhom  bejn it-13 u s-17–il sena, il-formola trid timtela mill-gwardjani/ġenituri tagħhom.

Tista’ tapplika sal-5 ta’ Awwissu… ħu ċ-ċans!!