Valletta 2018 tixtieq tirċievi proposti minn mużiċisti, organizzaturi tal-attivitajiet u persuni kreattivi għal attivitajiet mużikali u relatati mal-mużika u proġetti biex jiffurmaw parti mill-Programm tal-Mużika tal-Valletta 2018.
F’inqas minn 12-il xahar, il-Belt Valletta se jkollha t-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan it-titolu, u l-ħolqien ta’ programm eċċitanti u kontemporanju bl-emanċipazzjoni, l-involviment u l-parteċipazzjoni fil-qalba tagħha.
Mużiċisti, organizzaturi ta’ attivitajiet u persuni kreattivi huma mistiedna li jissottomettu l-proposti tagħhom għal attivitajiet u proġetti relatati mal-mużika li se jseħħu fl-2018 u biex jiffurmaw parti minn dan il-programm; proposti ta’ suċċess jingħataw għotja sa €6,000 u se jkunu fil-kalendarju tal-attivitajiet tal-Valletta 2018.
Proposti ser jiġu evalwati skont il-kriterji li ġejjin;
- skont in-natura esperimentali tagħhom;
- skont l-ispirtu tagħhom ta’ kollaborazzjoni bejn tipi differenti ta’ mużika jew dixxiplina kreattiva;
- skont in-natura parteċipattiva tagħom;
- skont il-kwalità tal-proposta kollha.
Preferenza se tingħata għal proposti li;
- jużaw kunċetti jew postijiet mhux tas-soltu;
- jinħolqu jew huma pprogrammati minn żgħażagħ;
- jinkludu kollaborazzjoni bejn mużiċisti minn Malta u l-Mediterran, partikolarment ir-Reġjun Għarbi;
- iħarsu lil hinn minn Malta lejn l-Ewropa u d-dinja;
- jirreferu għall-Programm Narrattiva u Temi tal-Valletta 2018 (ara l-websajt).
Proposti jistgħu jinkludu, iżda mhux limitati għal;
- proposta maħluqa minn faxxa jew grupp ta’ mużiċisti eżistenti;
- proposta bħala parti minn attività jew festival eżistenti;
- attività jew proġett kompletament ġodda.
Proposti jistgħu jiġu sottomessi onalin fuq https://valletta2018.org/music-application/ sa mhux aktar tard mit-Tnejn, 22 ta’ Mejju, 2017. Sottomissjonijiet minn kmieni huma mħeġġa. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ibgħat email fuq [email protected].
Perjodi taż-żmien
Ftuħ tas-Sejħa | Il-Ġimgħa 07 ta’ April 2017 |
Skadenza għas-sottomissjoni ta’ mistoqsijiet | Il-Ġimgħa 28 ta’ April 2017 f’nofsinhar |
Skadenza għas-sottomissjoni ta’ proposti | It-Tnejn 22 ta’ Mejju May 2017 f’nofsinhar |
Notifika ta’ sessjoni ta’ pitching (jekk tapplika) | Il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju 2017 |
Sessjonijiet ta’ Pitching (jekk tapplika) | L-Erbgħa 31 ta’ Mejju 2017 |
Publikazzjoni tad-deċiżjoni finali | Mhux aktar tard mill-Ġimgħa 09 ta’ Ġunju |
Kuntratti miftiehma ma’ applikanti ta’ suċċess | Mhux aktar tard mill-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju |
Submission of 5 high-res images for communications purposes | Mhux aktar tard mill-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju |
Kif għandek tapplika
Proposti għandhom jiġu sottomessi onlajn fuq https://valletta2018.org/music-application/.
Mudell tal-baġit disponibbli fuq l-istess paġna għandu jitniżżel, jimtela b’mod korrett u jiġi sottomess mal-proposta.
Regoli u Regolamenti
- Proposti se jiġu evalwati skont il-kriterji mogħtija fis-sejħa minn bord mid-Dipartiment tal-Programmi tal-Fondazzjoni Valletta 2018.
- Id-deċiżjoni tal-bord hija finali u l-ebda korrispondenza mhi se tingħata wara d-deċiżjoni tiegħu.
- Il-bord jirriżerva d-dritt li jistieden lill-applikanti għal sessjoni ta’ pitching li se ssir l-Erbgħa 31 ta’ Mejju 2017 iżda mhux obbligat li jagħmel dan.
- Applikanti għandu jkollhom 18-il sena fis-sottomissjoni tal-proposta.
- Applikanti jistgħu jkunu ta’ kwalunkwe nazzjonalità madankollu l-attività jew il-proġett proposti għandhom iseħħu f’Malta u għandhom jinkludu kollaborazzjoni Maltija.
- L-attività jew il-proġett proposti għandhom iseħħu matul l-2018.
- Attivitajiet u proġetti ta’ suċċess għandhom jiġu prodotti bis-sħiħ mill-applikant, u l-ebda assistenza tal-produzzjoni jew loġistika mhi se tiġi pprovduta mill-Fondazzjoni Valletta 2018.
- Mhix se tiġi aċċettata l-ebda responsabbiltà mill-Fondazzjoni Valletta 2018 għall-ġestjoni ħażina ta’ produzzjoni ta’ attività jew proġett.
- Il-Fondazzjoni Valletta 2018 mhix se tinżamm responsabbli għal kwalunkwe telf jew danni kkawżati mill-applikant.
- Jekk proposta ta’ suċċess ma tiġix prodotta, il-fondi kollha għandhom jintbagħtu lura lill-Fondazzjoni Valletta 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018.
- Kwalunkwe attivitajiet jew proġetti ta’ suċċess għandhom isegwu l-linji gwida tal-Fondazzjoni Valletta 2018.
Komunikazzjonijiet
Proposti ta’ suċċess se jiffurmaw parti mill-Programm tal-Mużika tal-Valletta 2018, u se jibbenefikaw mill-komunikazzjonijiet li ġejjin;
- Inklużjoni fil-Pubblikazzjoni tal-Programm tal-2018 li għandha toħroġ f’Ottubru tal- 2017;
- Inklużjoni f’pubblikazzjonijiet sussegwenti fejn xieraq;
- Paġna tal-attività fil-Websajt tal-Valletta 2018;
- Appoġġ tal-Midja Soċjali.
Informazzjoni Finanzjarja
Total ta’ €72,000 huwa disponibbli għal din is-sejħa.
Massimu ta’ 12-il għotja ta’ massimu ta’ €6,000 kull wieħed se jingħataw.
Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tirriserva d-dritt li żżomm l-ammont kollu jew parti minnu jekk il-proposti riċevuti ma jkunux ta’ kwalità għolja biżżejjed.