Il-Fondazzjoni Valletta 2018 dejjem tirsisti biex tinkludi persuni kreattivi minn kull qasam bħala parti mill-proġetti tagħha. Flimkien maċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC), il-Fondazzjoni qed tistieden artisti biex japplikaw għal esperjenza ta’ Artisti f’Residenza immersiva. Din se tkun marbuta mal-Proġett Deep Shelter ibbażat fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) f’San Ġwann. Ir-residenza se ssir fiċ-ċentru bejn Jannar tal-2018 u Frar tal-2018 u se tibqa’ għaddejja għal 6 ġimgħat. Din se tinkludi l-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u spejjeż per diem.
L-artist magħżul se joħloq xogħol speċifiku għas-sit għaċ-Ċentru tal-Onkoloġija u se jaħdem mill-qrib mal-koordinatur tal-proġett u mal-artista f’residenza Pamela Baldacchino, flimkien ma’ Dr Benna Chase, Psikologa Ewlenija ta’ SAMOC.
L-ispazju disponibbli se jkun iż-żona ċentrali tal-istennija fid-Dipartiment tar-Radjoterapija li huwa wkoll aċċessibbli viżwalment mid-Day ward li jipprovdi li dan l-ispazju jidher minn bosta postijiet u jkollu espożizzjoni estensiva lill-viżitaturi tal-ġurnata. L-artist għandu jikkoordina mal-koordinatur tal-proġett u se jingħata għarfien tar-riċerka artistika li qed titwettaq bħalissa fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija.
L-artist magħżul se jkun meħtieġ iżomm f’moħħu r-rilevanza u l-ispeċifiċità tax-xogħol tal-arti lill-pazjenti u l-qraba. Meta jiġu proposti l-ideat, l-impjegati se jkunu wkoll involuti f’dan il-proċess. L-impjegati, flimkien mal-pazjenti, jeħtieġ li jimpenjaw ruħhom ma’ xogħol tal-arti li jistgħu jirrelataw miegħu. Ix-xogħol tal-arti għalhekk għandu jkollu tifsira ċara u tanġibbli għall-pazjenti li qed jesperjenzaw kriżi tant trawmatika sabiex inaqqsu l-biżgħa u l-inċertezza.
Ir-residenza Deep Shelter titmexxa fil-kuntest ta’ xena kulturali dejjem tikber f’Malta, immexxijja mit-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-Belt Valletta, u l-Istrateġija 2020 ta’ Arts Council Malta. Il-Programm ta’ Residenza għandu l-għan li jarrikkixxi d-diversità kulturali fi ħdan ix-xena kreattiva nazzjonali u jinkoraġġixxi l-interazzjoni produttiva bejn il-persuni kreattivi internazzjonali u lokali; bejn il-persuni kreattivi internazzjonali u l-komunitajiet, kif ukoll, l-ambjenti fiżiċi u virtwali. Iż-żewġ entitajiet jemmnu li tali inizjattivi u kollaborazzjonijiet se jarrikkixxu l-programmi tagħhom għall-2018.
L-applikazzjonijiet AiR se jitqiesu fir-rigward tal-viżjonijiet strateġiċi ġenerali ta’ Valletta 2018 u dawk tal-proġett Deep Shelter.
Is-suċċess tal-Programm ta’ Residenza jiddependi mill-ħin u mill-enerġija li tintuża biex ngħaqdu l-artisti tagħna mal-komunitajiet lokali u l-persuni kreattivi. L-artisti se jirċievu għajnuna qabel, matul u wara ż-żjara tagħhom, biex jinħolqu dawn ir-rabtiet u biex tiġi ppjanata u koordinata l-loġistika tal-proġett, u b’hekk tiġi żgurata żjara ta’ suċċess.
Il-Proġett Deep Shelter
Il-Proġett Deep Shelter huwa proġett artistiku li beda bil-ħolqien ta’ xogħol awdjoviżiv li jservi bħala biċċa xogħol enfatika. Ix-xogħol huwa bbażat fuq l-esperjenza tal-mard/trawma bl-użu tan-natura bħala metafora http://deepshelter.com/. Dan wassal għal residenza ta’ 3 snin fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC), l-Isptar Mater Dei, Malta għall-artista Pamela Baldacchino. Hawnhekk qed tirrierka l-valur ta’ Deep Shelter flimkien ma’ Dr Benna Chase, Psikologa Ewlenija ta’ SAMOC.
Il-proġett jikkonsisti f’kollaborazzjoni mal-impjegati sabiex jinħoloq ambjent ta’ appoġġ permezz ta’ donazzjonijiet tal-arti u ta’ workshops tal-artisti għal xogħol rilevanti għas-sit u serje ta’ workshops li jippermettu lill-pazjent biex jesperjenza rabta permezz tas-sensi. https://www.facebook.com/DeepShelterProject/
Biex tapplika jekk jogħġbok issottometti l-applikazzjoni li tinsab f’din il-ħolqa.
Ikkuntattja:
Ftuħ tas-sejħa: 14 ta’ Awwissu 2017
Għeluq tas-sejħa: 14 ta’ Settembru 2017
Riżultati mħabbra: 1 ta’ Ottubru