Bi tħejjija għas-sena tal-Belt Kapitali Ewropea tal-2018, il-Fondazzjoni Valletta 2018 qiegħda tfittex is-servizzi ta’ Assistent tal-Programm sabiex jingħaqad mat-tim bieżel u enerġetiku li jikkordina l-Programm Kulturali tal-2018.

Il-kandidat xieraq ser jgħin lill-Koordinatur tal-Programm u ser jaħdem mill-qrib kemm ma’ membri oħra tat-Tim tal-Programm u kemm ma’ dipartimenti oħrajn fi ħdan il-Fondazzjoni Valletta 2018.

Responsabbiltajiet

L-Assistent tal-Programm irid:

  • Jgħin lill-Koordinatur tal-Programm fl-oqsma kollha tal-Programm Kulturali
  • Jikkomunika mal-artisti u mal-produtturi biex jiżgura li l-produzzjonijiet ippjanati jittellgħu b’mod effiċjenti u fil-limiti tal-baġit;
  • Jikkomunika ma’ membri oħrajn tat-Tim tal-Programm rigward baġits, skedi, rapportar u kompiti;
  • Isegwi l-kuntratti u l-iskedi tal-baġit skont kif ikun meħtieġ;
  • Jirrapporta b’mod regolari u kif jintalab għand id-Direttur Eżekuttiv u l-Kordinatur tal-Programm;
  • Ikopri kwalunkwe qasam tal-ipprogrammar u tal-produzzjoni li jista’ jkun meħtieġ matul l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-Programm Kulturali.

 

Ħiliet

L-Assistent tal-Programm għandu

  • jkun kapaċi jaħdem taħt pressjoni u jaħseb f’soluzzjonijiet immedjati;
  • jkun organizzat ħafna;
  • jkollu ħiliet eċċellenti fil-komunikazzjoni (bil-fomm u bil-kitba) u fir-rapporti interpersonali;
  • jkollu fehim solidu tas-setturi kulturali lokali u internazzjonali, tat-tfassil tal-programmi, tal-produzzjoni u tal-aqwa prattiki tekniċi;
  • jkollu ħiliet eċċellenti fl-użu tal-kompjuter u fil-mezzi tal-midja l-ġodda;
  • jkun jista’ jaħdem sigħat flessibbli, anke fil-wikends.

u idealment ikollu wkoll

  • tal-inqas tliet snin esperjenza ta’ xogħol f’ambjent bieżel fis-settur kulturali jew fil-qasam tal-ġestjoni tal-avvenimenti;
  • tal-inqas Edukazzjoni fil-Livell 5 tal-EQF / Grad ta’ Baċellerat;
  • fehim u apprezzament tal-qasam artistiku u kulturali.

 

Kuntratt u salarju

Dan l-ingaġġ isir b’kuntratt għal għoti ta’ servizz fuq bażi definita.

Is-salarju jiġi nnegozjat skont l-esperjenza u l-kwalifiki tal-kandidat.

 

Applikazzjonijiet

L-applikanti interessati għandhom jibagħtu ittra flimkien ma’ kopja tal-Curriculum Vitae tagħhom fuq [email protected] sa mhux iżjed tard mill-Ġimgħa 27 ta’ Jannar f’nofsinhar. L-applikanti għandhom jindikaw b’mod speċifiku l-kariga ‘Assistent tal-Programm’ fis-suġġett tal-email.