Il-Fondazzjoni Valletta 2018, li hija responsabbli mit-tħejjija u mit-twettiq bis-sħiħ tal-ħidma tagħha favur il-Belt Valletta bħala Belt Kulturali Ewropea 2018, teħtieġ is-servizzi professjonali ta’ Uffiċjal għall-Isponsors.

Il-kandidat magħżul għandu jfittex b’mod attiv sħab u sponsors li jridu jappoġġaw il-programm tal-Fondazzjoni Valletta 2018 billi jlaqqa’ proġetti speċifiċi ma’ sħab xierqa u jibqa’ jieħu ħsieb il-konnessjoni li tkun saret bejniethom.

Dmirijiet u Responsabbiltajiet Ewlenin

  • L-identifikazzjoni u t-teħid ta’ azzjoni fuq il-ħtiġijiet u l-potenzjal tal-programm u l-proġetti individwali tal-Fondazzjoni Valletta 2018 kwantu l-appoġġ minn sponsors esterni;
  • Il-ħidma mill-qrib mad-Dipartimenti tal-Programm, tal-Komunikazzjonijiet u tar-Riċerka tal-Fondazzjoni Valletta 2018;
  • L-iżvilupp u t-tressiq ta’ proposti ta’ sħubiji kreattivi u interessanti msejsa fuq il-valuri ewlenin tal-Fondazzjoni Valletta 2018;
  • Il-komunikazzjoni b’mod ċar tal-programm tal-Fondazzjoni Valletta 2018 mal-partijiet interessati u mas-sħab tal-Fondazzjoni Valletta 2018;
  • L-impenn attiv favur il-ksib ta’ sħab potenzjali permezz ta’ mezzi kreattivi u mhux tradizzjonali;
  • Is-segwitu tal-korrispondenza mas-sħab u t-trawwim tar-relazzjonijiet bejn il-proġetti u s-sħab rispettivi tagħhom;
  • L-abbozzar u l-irfinar ta’ għodod relevanti bħad-dokumentazzjoni, il-preżentazzjonijiet u l-materjal viżiv sabiex jattira u jżomm l-isponsors esterni;
  • Il-ġbir u ż-żamma ta’ data konnessa mas-sħab tal-Fondazzjoni u l-iżgurar li kull sieħeb ikun irrappreżentat b’mod xieraq fil-Programm u fil-komunikazzjonijiet ġenerali tal-Fondazzjoni Valletta 2018;
  • L-għoti ta’ gwida u ta’ kontroll fuq il-kwalità tal-informazzjoni kollha miġbura mid-diversi dipartimenti tal-Fondazzjoni Valletta 2018;
  • Il-ġestjoni, id-diriġenza u r-radd tad-drittijiet kuntrattwali tas-sħab attwali bl-għajnuna tal-Uffiċjal Legal tal-Fondazzjoni Valletta 2018;
  • Il-kordinazzjoni u t-tqassim tal-informazzjoni relatata mal-isponsors mad-dipartimenti l-oħrajn tal-Fondazzjoni Valletta 2018;
  • It-tfassil ta’ proposti ta’ sponsorjar, il-konklużjoni ta’ ftehimiet u l-iżgurar li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-isponsorjar;
  • L-ospitar tal-isponsors matul l-avvenimenti u l-proġetti tal-Fondazzjoni Valletta 2018.

 

Kompetenzi tal-Kandidat:

  • Għandu jkun kapaċi jikkomunika u jikteb tajjeb bil-Malti u bl-Ingliż
  • Għandu jkollu ħiliet interpersonali u soċjali tajbin
  • Għandu jkollu l-ħila jmexxi n-negozjati b’mod eċċellenti
  • Għandu juri bil-provi kapaċitajiet analitiċi u ħila fil-kitba tajba tar-rapporti
  • Għandu jkun litterat fl-Informatika u jkollu esperjenza fl-użu ta’ softwer relevanti
  • Għandu jkun kapaċi jaħdem skont skadenzi stabbiliti
  • Għandu jkollu kondotta tal-pulizija nadifa
  • Esperjenza fl-iżgurar u fil-ġestjoni effettiva tal-isponsors tingħadd b’vantaġġ.

Il-kandidat magħżul ikun mitlub jirrapporta għand il-Kordinatur tal-Programm u d-Direttur Eżekuttiv.

Skadenza

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu flimkien ma’ CV dettaljata fuq l-email [email protected] sa mhux iżjed tard mit-Tnejn 28 ta’ Novembru 2016, 5pm bil-pożizzjoni fis-suġġett tal-email.