Bi tħejjija għas-sena tal-Belt Kapitali Ewropea tal-2018, il-Fondazzjoni Valletta 2018 qiegħda tfittex is-servizzi ta’ Uffiċjal għas-Sħubiji u l-Isponsors sabiex jingħaqad mat-tim bieżel u enerġetiku li jikkordina l-Programm Kulturali tal-2018.
Il-kandidat magħżul ikun mistenni jfittex b’mod attiv sħab u sħubiji interessati fil-programm tal-Valletta 2018 billi qabelxejn jassoċja proġetti speċifiċi ma’ sħab xierqa u mbagħad isostni l-konnessjoni li jkun stabbilixxa.
Din il-persuna għandha tibni rabtiet kummerċjali li minkejja li mhux bilfors ikollhom bażi finanzjarja xorta jkollhom valur u sinifikat komunitarju u parteċipattiv kbir. Hija għandha tagħmel dan billi tinvolvi ħwienet kummerċjali lokali biex jappoġġjaw, b’mod finanzjarju jew b’modi oħrajn, proġetti lokali b’impatt soċjali qawwi.
Kompiti u Responsabbiltajiet Ewlenin
- L-identifikazzjoni u l-ħidma fuq il-ħtiġijiet u l-potenzjali tal-programm tal-Fondazzjoni Valletta 2018 u tal-proġetti individwali tiegħu fir-rigward tal-appoġġ minn sposnors esterni;
- Il-ħidma mill-qrib mad-Dipartimenti tal-Programm, tal-Komunikazzjoni u tar-Riċerka tal-Fondazzjoni;
- L-iżvilupp ta’ stratreġija għall-isħubiji li tagħżel sħab b’mod responsabbli u b’mod li jirrifletti l-marka tal-Fondazzjoni Valletta 2018;
- Il-preżentazzjoni ta’ proposti ta’ sħubija kreattivi u interessanti bbażati fuq il-valuri ewlenin tal-Fondazzjoni;
- Il-komunikazzjoni ċara tal-programm tal-Valletta 2018 mal-partijiet interessati u mas-sħab tal-Fondazzjoni;
- Il-ħidma fuq il-kisba ta’ sħab potenzjali b’mod kreattiv u b’mezzi mhux tradizzjonali;
- Is-segwitu tal-korrispondenza mas-sħab tal-Fondazzjoni u t-trawwim ta’ relazzjonijiet tajba bejn il-proġetti u sħab rispettivi tagħhom;
- It-tfassil u l-irfinar ta’ għodod ta’ ħidma bħad-dokumentazzjoni, il-preżentazzjonijiet u l-materjal viżiv sabiex jattira u jżomm sponsors esterni b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Komunikazzjon tal-Fondazzjoni;
- Il-ġbir u ż-żamma ta’ data marbuta mas-sħab tal-Fondazzjoni u l-iżgurar li kull sieħeb ikun irrappreżentat fil-Programm u fil-komunikazzjonijiet ġenerali tal-Fondazzjoni;
- b’mod xieraq;
- Il-ġestjoni, id-direzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet kuntrattwali tas-sħab attwali bl-għajnuna tal-Uffiċjal Legali tal-Fondazzjoni;
- Il-kordinazzjoni u t-tqassim tal-informazzjoni marbuta mal-isponsors mad-dipartimenti l-oħra tal-Fondazzjoni;
- It-tfassil ta’ proposti ta’ sponsorizzazzjoni, il-konklużjoni ta’ ftehimiet u l-iżgurar li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-isponsorizzazzjoni;
- L-ospitaġġ tas-sħab matul l-avvenimenti u l-proġetti tal-Fondazzjoni Valletta 2018.
Kompetenzi
- Komunikazzjoni u l-kitba b’Malti u Ingliż tajjeb
- Ħiliet interpersonali u soċjali eċċellenti
- Ħiliet ta’ negozjar eċċellenti
- Ħiliet analitiċi ppruvati u ħiliet tajbin fil-kitba ta’ rapporti
- Ħiliet fl-informatika u esperjenza fl-użu ta’ softwer relevanti
- Ħiliet ta’ ħidma fi skadenzi ffissati
- Kondotta tal-Pulizija nadifa
- Esperjenza professjonali fiż-żamma fis-sod u fil-ġestjoni effettiva ta’ sħubiji titqies ta’ vantaġġ
Kuntratt u Salarju
Dan l-ingaġġ isir b’kuntratt għal servizz fuq bażi definita.
Is-salarju jiġi nnegozjat skont l-esperjenza u l-kwalifiki tal-kandidat.
Applikazzjonijiet
L-applikanti interessati għandhom jibagħtu applikazzjoni flimkien ma’ kopja tal- Curriculum Vitae tagħhom fuq [email protected] sa mhux iżjed tard mill-Ġimgħa 31 ta’ Jannar 2017, f’nofsinhar.
L-applikanti għandhom jispeċifikaw b’mod ċar it-titlu tal-kariga (Uffiċjal għas-Sħubiji u l-Isponsors) fis-suġġett tal-email.