Il-kunċett ta’ Solar Cinema ilu jivvjaġġa madwar id-dinja għal għaxar snin, iwassal films li qatt ma dehru f’postijiet strambi, kollha mħaddma għalkollox permezz ta’ enerġija mix-xemx.

Mill-Olanda, il-Kroazja, il-Brażil u d-Deżert Sahara, il-mobile solar-powered cinema issa tasal fi spazji pubbliċi differenti madwar Malta u Għawdex. Solar Cinema toffri programm ta’ films qosra lokali u internazzjonali, dokumentarji li jqanqlu l-ħsieb, animazzjonijiet u feature films li jduru ma’ kwistjonijiet differenti, li jiffukaw fuq it-temi tas-sostenibbiltà u l-ambjent.

Solar Cinema qed toffri stop-motion film workshops għat-tfal b’tema relatata mal-ambjent bis-saħħa tal-użu ta’ materjal riċiklat. Il-workshops se jsiru matul il-Valletta Green Festival fit-3, l-4 u l-5 ta’ Mejju bejn id-9am u n-12:30pm. Il-films qosra prodotti fil-workshops se jintwerew fil-bajjiet Maltin bejn Mejju u Ottubru 2018 biex igawduhom il-familji u l-ħbieb tat-tfal!