Kull belt għandha l-identitá sonika distinta tagħha. L-ambjent akustiku tagħha huwa mimli aspetti li juru lil dak li jkun l-istrutturi storiċi, soċjali, ekonomiċi, ekoloġiċi u kulturali. Dawn huma parti mill-ħajja ta’ kuljum, u minkejja kollox, ħafna drabi ma jiġux osservati. Permezz, tal-proġett Sound Art, appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018, Robert Stokowy jistħarreġ l-ambjent soniku tal-belt Valletta u jiftaħ il-perspettiva għall-viżitaturi.

Il-proġett huwa magħmul minn sensiela ta’ interventi ta’ ħsejjes marbutin ma’ sit speċifiku li ġejjin mill-ambjent soniku tal-belt Valletta. Dan se jdum għaddej bejn ġimagħtejn u tliet ġimgħat. Kull jumejn, l-artist se jagħmel intervent f’postijiet pubbliċi differenti fil-belt Valletta. L-artist se jikkomponi ħoss ġdid speċifikament għal kull sit li jkun fih bl-użu ta’ loudspeakers żgħar sa massimu ta’ tmienja. F’dawn l-interventi, l-artist se jarma struttura mobbli żgħira li taħdem bil-batteriji. Il-qawwa tal-interventi se tkun stabbilitá skont il-livell ta’ storbju li normalment ikun hemm fil-post. Dan isir minħabba li l-artist ma jridx jinterferixxi mal-ħsejjes naturali tal-Belt, iżda pjuttost jara kif idur magħha. B’dan il-mod, il-Belt u l-kompożizzjonijiet isiru strumenti ta’ interazzjoni u involvement tal-postijiet pubbliċi urbani. Kull intervent idum bejn 10 u 15-il minuta.

Il-prestazzjonijiet se jsiru f’ħinijiet differenti matul il-ġurnata  (bejn it-8am u l-10pm). Qabel kull avveniment pubbliku l-artist se jwettaq studji ta’ smigħ fil-postijiet kollha f’ħinijiet differenti matul il-ġurnata u bil-lejl. B’dan il-mod, għandha tkun mistħarrġa l-identitá sonika tal-belt li hija evidenti u essenzjali. Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji jservu bħala punt fokali għall-proċess kreattiv u l-kompożizzjonijiet użati għall-interventi pubbliċi. Permezz tar-reġistrazzjoni, it-trasformazzjoni u l-kompożizzjoni tal-ħsejjes (skont ir-riżultati tar-riċerka), l-artist minn ġewwa u mal-belt Valletta bħala s-sors ta’ kull aspett tax-xogħol li jsir. Wara l-prestazzjoni f’kull post, il-parteċipanti huma mistiedna biex jiddiskutu, jsaqsu mistoqsijiet, jaqsmu esperjenzi u stejjer  mal-artist. Dan l-iskambju huwa l-parti kruċjali ta’ dan il-proġett. L-interventi huma bla ħlas u miftuħa għal kulħadd, peress li l-interventi kollha jsiru fil-pubbliku. Dan il-proġett għandu jkun immirat lejn dawk li jiddeċiedu jwettqu xi prestazzjoni, kif ukoll lejn oħrajn li jiltaqgħu miegħu b’kumbinazzjoni. Il-proġett għandu jwassal għal esperjenza artistika ta’ kwalitá għolja li tgħaqqad  ħsejjes naturali u astratti tal-Belt. Għandha wkoll twassal l-iskambju ta’ ħsibijiet dwar kif inħarsu l-ambjent tagħna permezz tas-smigħ instigat mill-prestazzjoni.

Permezz ta’ kompożizzjonijiet individwali maħsuba għal diversi postijiet f’ħinijiet differenti tal-ġurnata, din is-serje tifforma xogħol artistiku komplut li jdawwal l-aspetti soniċi rikki lill-udjenza. Il-proġett huwa inklussiv ħafna li jopri tfal minn età ‘l fuq minn sitt snin, sa nies fl-età ta’ 80 sena. Huwa maħsub għal udjenza kurjuża li trid tesplora l-identitá billi tissieħeb b’mod sperimentali mal-ħsejjes tal-inħawi, mal-arti u mal-kultura.

Għal aktar informazzjoni, żur https://www.robert-stokowy.de/.

Dan il-proġett huwa appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018.