Sport Table Football: the Malta International Open & Gran Prix 2018 għandha l-appoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018. Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura żewġ klabbs tal-isport table football, il-Valletta Lions Table Football Club u l-Valletta Subbuteo Club, qed jaħdmu flimkien biex jorganizzaw open international tournament fi tmiem il-ġimgħa ta’ bejn it-28 u d-29 ta’ April 2018.

Iż-żewġ klabbs waqqfu kumitat organizzattiv biex iħejju u jikkonrdinaw dan l-avveniment. Plejers lokali u internazzjonali huma mistiedna biex jieħdu sehem f’dan it-tournament mifrux fuq jumejn. L-avveniment se jsir f’Michel Angel Grima f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta.

Ir-reġistrazzjoni tal-plejers hija miftuħa u tagħlaq it-Tnejn, 23 ta’ April.

Se jkun hemm sitt kategoriji:

  • Kategorija tan-Nisa
  • Kategorija Miftuħa
  • Kategorija tal-Veterani
  • Kategorija taħt il-19-il-sena
  • Kategorija taħt il-15-il sena
  • Kategorija taħt it-12-il sena

Skeda ta’ Programmi:

Is-Sibt 28 ta’ April

08:00: Ftuħ uffiċjali mill-Onor. Dr. Deo Debattista Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 u mis-Sur Jason Micallef, Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018

08.30: Bidu tal-International Open Competition Individwali

14.30: Bidu tal-Grand Prix tat-timijiet

Il-Ħadd 29 ta’ April

08.00: Indirizz ta’ Merħba

08.30: Jissokta l-Grand Prix tat-timijiet

11.30: Grand Prix Individwali

18.30: Għoti tal-awards mill-Onor. Dr. Deo Debattista, Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018, u s-Sur Jason Micallef Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018. Dan l-avveniment huwa sponsorjat mill-Awtoritá Maltija tat-Turiżmu u Sport Malta.