Is-St Paul Chamber Ensemble, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Mark Agius, għandha l-pjaċir tippreżenta programm ta’ mużika sagra, taħt il-patroċinju distint tal-Altezza Imperjali u Rjali Tiegħu, il-Prinċep Sandor Hapsburg Lothringen, Arċduka tal-Awstrija, Prinċep tat-Toskana u Granmastru tal-Ordni Sovran Ospedaljer ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, u martu, il-Prinċipessa Herta Margarete.

Il-programm se jinkludi xogħlijiet kemm minn kompożituri klassiċi kif ukoll oħrajn kontemporanji bħal Faure, Mozart, Bach, Gunoud, Mascagni, Jenkins, Frisina u Agius, bil-parteċipazzjoni tas-St Paul Chamber Ensemble u s-Soprani Karen Gatt Darmenia u Anita Vella Bondin, il-Mezzo Sopran Connie Francis Zerafa, il-Contralto May Caruana, it-Tenuri Aldo Zammit u Joseph Aquilina, il-Baritonu Louis Andrew Cassar u l-Baxx James Vella Bondin.

Il-Kunċert se jittella’ fit-28 ta’ Settembru 2018, fil-Knisja ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta, fis-7.30 pm. Madankollu, huwa mitlub li wieħed ikun f’postu sas-7.15 pm. Dan il-kunċert qed jittella’ b’risq iċ-Ċentru Mediku HopeXchange f’Kumasi, il-Gana, li hija mmexxija mill-Ghana Mission Foundation u għalhekk, għalkemm id-dħul huwa bla ħlas, donazzjonijiet jiġu apprezzati.