Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tappoġġja l-wirja Storie di Fede, Storie di Re. F’din il-wirja se jkunu preżentati żewġ repliki kapolavuri ta’ ornamenti medjevali. Seba’ sekli ta’ storja li jirrakkontaw ir-rabta profonda li tgħaqqad lil San Gennaro, lil Napli, lill-fidi u lid-dinastiji l-kbar tal-Ewropa. Storja miktuba fis-sena 305 AD, id-data tal-martirju ta’ Gennaro, ftit snin qabel l-ewwel Imperatur Kristjan Kostantinu. Elena, omm Kostantinu, waqt vjaġġ fl-Art Imqaddsa, kienet irċeviet l-imsiemer sagri tas-salib li miegħu ġie msallab Kristu. Hija kienet użathom fil-kuruna ta’ Kostantinu; illum magħrufa l-‘Kuruna tal-Ħadid tal-Lombardija’ u fil-briji taż-żiemel ta’ Kostantinu.
Din il-wirja turi s-saħħa tal-fidi; min-naħa waħda; ir-rabta profonda li tgħaqqad lil San Gennaro ma’ Napli u man-Naplitani, rappreżentati mill-Bust indurat bil-fidda u ħaġar prezzjuż ta’ żmien l-Anġuvini, u min-naħa l-oħra d-dinastiji l-kbar tal-Ewropa li l-inkurunazzjoni tagħhom kienet dejjem imnebbħa bil-fidi, grazzi għall-Kuruna tal-Ħadid tal-Lombardija – l-uniku fdal mill-elmu ta’ Kostantinu li fih l-imsiemer li ntużaw mas-salib ta’ Kristu. Il-biċċiet speċjali ta’ din il-wirja huma repliki oriġinali maħduma minn esperti arġintiera Taljani. Din il-wirja se ssir fl-Istitut Taljan tal-Kultura fil-belt Valletta bejn l-20 ta’ Settembru u d-19 ta’ Ottubru 2018.