Subjective Maps jittratta persuni li jiddisinjaw il-mappa tagħhom stess tal-post li jgħixu u jaħdmu fih. In-nies jingħaqdu f’ ambjent ta’ workshop biex ipinġu l-mapep, jirrakkontaw l-istejjer tagħhom u jiltaqgħu flimkien. Il-proġett imbagħad jipproduċi mapep li jistgħu jintużaw minn persuni oħra biex iżuru u jinnavigaw fil-belt.
Il-proġett għandu l-mira li:
- Jippromwovi l-integrazzjoni b’suċċess ta’ ċittadini ta’ minorità u mhux Maltin fil-komunità Maltija.
2. Jidentifika d-diversità fir-relazzjonijiet post-persuna u biex ipoġġi f’mappa r-relazzjonijiet li l-persuni jkollhom mal-post fejn jgħixu u l-post li jsejħu ‘dar’.
3. Jiġbor narrattivi viżwali ta’ residenti tal-bliet u l-komunitajiet tagħhom.
4. Jagħti valur lill-viżjonijiet tal-komunità bħala kapital li jista’ jinqasam.
5. Jipprovdi rappreżentazzjoni ġdida tal-belt/raħal/komunità li hija ħielsa mill-branding kulturali li jagħti prijorità lill-valur turistiku u tal-wirt ta’ post aktar min-narrattivi u rotot tar-residenti individwali.
6. Jipprovdi pjattaforma fejn il-membri tal-komunità jiltaqgħu u jiddiskutu l-ispazji pubbliċi tagħhom.
Il-workshops huma miftuħa għal kull min juża l-lokalità fuq bażi regolari; residenti u persuni li jqattgħu parti kbira mill-ġurnata tagħhom fil-lokalità għal skopijiet ta’ xogħol jew divertiment. Il-parteċipanti għandhom idealment jirrappreżentaw id-diversità tal-komunità f’termini ta’ etajiet, nazzjonalitajiet, sfondi u minoritajiet.
Dettalji tal-workshop Subjective Maps tal-Belt Valletta hawn taħt:
Data: Il-Ħadd 17 ta’ Settembru 2017
Ħin: 10 am sa 3 pm
Post: International Centre, Saint Andrew’s Scots Church, 210 Old Bakery Street, Valletta
Mappa: https://goo.gl/maps/o8Qd71fEMgs
Parteċipazzjoni: B’xejn
Ikel u xorb: Ipprovdut
Kriterji tal-parteċipanti: L-etajiet kollha huma mistiedna. It-tfal għandhom ikunu akkumpanjati minn adult. Utenti tal-Belt Valletta (mhux neċessarjament persuni li jaħdmu jew jgħixu fiż-żona)
Biex tapplika jew għal iktar informazzjoni, ibgħat email fuq [email protected].