Il-Gozo Creative Theatre Club jistidnukom għall-proġett tagħhom – ix-xogħol kapulavur teatrali ta’ Giovanni Verga – “La Lupa”, verżjoni ġdida ta’ David Lan għar-Royal Shakespeare Company. Din l-attività hija ppjanata li ssir fil-post remot, rustiku u spettakolari ta’ Wied il-Lunzjata fir-Rabat, Għawdex, bil-parteċipazzjoni ta’ atturi, żeffiena u mużiċisti lokali.

Dan id-dramm imqanqal jibda biż-żfin u l-kant ferrieħi u bil-mod il-mod jiżviluppa f’battalja bejn it-tliet karattri prinċipali: Nanni, Pina u Mara, li qed jiġġieldu t-twemmin Kristjan tagħhom flimkien mat-tentazzjonijiet tagħhom, li jwassal għal tmiem deċiżiv. Nanni, raġel li huwa msaħħar b’Pina, jixtieq ukoll lil bintha Mara, b’hekk jaffettwa wkoll lil ta’ madwaru. Mara ma tridux lil Nanni għall-ewwel, iżda tispiċċa biex tħobbu, b’dan jirriżulta fiha tiċħad lil ommha, u b’hekk jeskala l-genn tagħha.

Bħala sħubija bejn il-Gozo Creative Theatre Club u Tal-Fulklar Folk Group. B’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju Kulturali t’Għawdex, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni tal-Kulleġġ t’Għawdex, Ambaxxatur u Delegat Permanenti ta’ Malta lill-UNESCO u appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018.

nsmail-1