F’din ir-raba’ edizzjoni tiegħu, dan il-programm intensiv mifrux fuq ġimgħa jistieden diversi prattikanti u studenti minn diversi oqsma relatati, bħall-belle arti, l-edukazzjoni artistika, l-amministrazzjoni artistika, il-kurazija u l-istorja tal-arti biex jieħdu sehem f’taħditiet u f’workshops mogħtija minn kelliema esperti internazzjonali. It-tema għall-Curatorial School ta’ din is-sena hija ir-RIĊERKA TAL-PRATTIKI KURATORJALI. Billi jinġiebu flimkien perspettivi internazzjonali u lokali, il-programm ta’ din is-sena jistaqsi: Liema tip ta’ riċerka jimpenjaw ruħhom fiha l-kuraturi tal-arti kontemporanja?
L-edizzjoni tal-2017 se timxi fuq mudell interattiv, li jinkorpora workshops u attitudni prattika fil-programm ta’ lekċers.
Il-programm tal-Curatorial School se jesplora varjetà ta’ suġġetti li huma rilevanti ħafna għall-prattikanti u l-istudenti tal-lum, inkluż:
— il-kurazija bħala riċerka u metodi tar-riċerka kuratorjali
— il-kurazija ta’ dak li mhux familjari
— ir-riċerka involuta fl-iżvilupp ta’ kunċetti, temi u l-għażla tal-artisti
— it-temporalità tal-wiri, u l-potenzjali u l-limitazzjonijiet ta’ meta ssir wirja
— referenzi għal bosta wirjiet speċifiċi u postijiet internazzjonali, bħall-Bjennali ta’ Venezja, Moska, Sao Paulo, Istanbul u Berlin, MOCA Taipei, Manifesta u documenta
Żviluppa l-karriera kuratorjali tiegħek permezz ta’ leċkers intuwittivi u opportunitajiet ta’ netwerks professjonali. Il-programm jinkludi workshops interattivi kuljum, li jwasslu għal wirja ta’ ideat fi tmiem il-ġimgħa.
Il-Curatorial School huwa proġett ta’ Valletta 2018 bħala parti mill-Programm Kulturali.
Għal aktar informazzjoni dwar workshops, il-programm ta’ lekċers, il-kelliema mistiedna u r-reġistrazzjoni, żur din il-ħolqa.
Ir-reġistrazzjoni tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Ġunju 2017.