The Secret, wirja minn Opening Doors, se tkun il-qofol ta’ għadd ta’ xhur ta’ workshops u attivitajiet intensivi li jinvolvu parteċipanti, voluntieri, artisti, u professjonisti impenjati oħra, li taw l-appoġġ tagħhom lill-ħolqien ta’ biċċiet ta’ mużika, żfin u teatru oriġinali. L-Opening Doors Association tinkoraġġixxi adulti bi bżonnijiet intellettwali differenti biex jipprattikaw prattiki artistiċi differenti u jiżviluppaw ħiliet relatati mal-qasam kulturali.

Din il-prestazzjoni hija parti minn serje ta’ tliet wirjiet imtellgħin f’Malta u fir-Renju Unit, bil-għan li jsaħħu lil dawn l-artisti ta’ talent biex jirfinaw l-arti tagħhom, jiżviluppaw ix-xogħol eżistenti tagħhom u joħolqu biċċiet oriġinali fil-futur.

The Secret se tittella’ fil-Valletta Campus Theatre, il-Belt Valletta, fit-8 u d-9 ta’ Diċembru 2018.