Minn artefatti intriganti miġbura minn madwar il-gżejjer kollha, għal wiri ta’ films mit-tfal, u collages fotografiċi li jinkoraġġuna nerġgħu nibdew noħolmu. Dan huwa xahar ideali biex tqatta’ tmiem il-ġimgħa fil-ġżira Għawdxija!
Magna Żmien se tkun qed tagħmel l-inżul tagħha fi Pjazza Katidral fiċ-Ċittadella, fil-15 ta’ Settembru mit-8pm ‘il quddiem. Is-serata se tinkludi rappreżentazzjoni fil-magna taż-żmien tal-Vjaġġatur Wistin u l-Banda ta’ Memorji Meraviljużi, installazzjoni akustika live minn Timothy Garrett u viżwali minn Andrej Vujicic. Id-dħul huwa b’xejn.
Tafxnaf jagħti vuċi lit-tfal permezz tar-rakkontar tal-istejjer u l-produzzjoni tal-films, filwaqt li jinkoraġġixihom jiżviluppaw sens ta’ kontroll fuq proġetti kreattivi. Imwielda minn kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet simili f’Leeuwarden-Friesland 2018 u Aarhus 2017, dan il-proġett stieden lill-istudenti kollha tal-Form 2 jew l-ekwivalenti biex jissottomettu l-istejjer tagħhom għall-pubblikazzjoni. Ir-riżultat kienu films qosra li ntwerew matul il-premiere f’Ġunju li għadda, u se jerġgħu jintwerew matul it-Tmiem il-Ġimgħa f’Għawdex ta’ Valletta 2018 fis-16 ta’ Settembru fis-Citadel Cinema, ir-Rabat Għawdex, 2.30pm. Id-dħul huwa b’xejn.
1001 Dreams hija wirja li se tinkldi collage ta’ ritratti instantanji meħuda minn żgħażagħ u anzjani, li jissimbolizzaw il-ħolm tagħhom. Diska b’deskrizzjoni qasira ħafna tal-ħolma se tirrakkonta l-kunċett tal-Ħolma Maltija (żgħira u kbira, passat u preżent). 1001 Dreams tagħmel parti mit-Tmiem il-Ġimgħa f’Għawdex ta’ Valletta 2018.