to be [defined] għandha l-għan li tesprimi żewġ kunċetti ewlenin rigward l-ispostament, il-migrazzjoni u l-eżilju: id-definizzjoni u l-kostruzzjoni fuq naħa waħda u d-dekostruzzjoni u r-reżistenza fuq l-oħra.

L-esibizzjoni, li tieħu bħala punt tat-tluq mid-diversi rappreżentazzjonijiet u definizzjonijiet tal-persuni li nsejħu “migranti”, tinvestiga l-mezzi, ir-retorika, ir-ritwali, id-diskorsi, il-limiti u l-banalitajiet, l-istituzzjonijiet, l-immaġinarju u r-relazzjonijiet li jiffurmaw l-oġġett “migrant” u sa fejn din il-kostruzzjoni qed taffettwa l-ħajjiet u l-immaġinazzjoni ta’ dawn l-istess suġġetti. Min-naħa l-oħra, se tieħu wkoll kont tar-reżistenza tas-suġġetti, speċifikament kif kull persuna jirnexxilha tieħu s-setgħa tas-suġġettività u l-identità tagħha bħala individwu lil hinn mit-tikketta li tingħata bħala migrant. It-teħid tas-setgħa jista’ jsir permezz ta’ diversi linji ta’ kunflitt, kemm b’mod intimu kif ukoll pubbliku, iżda kollha b’modi militanti u rivoluzzjonarji, kollha relatati ma’ xulxin.

L-esibizzjoni se tittella’ bejn il-5 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru 2018 fi Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta.

B’kuratura ta’ Virginia Monteforte (antropologa) bil-kollaborazzjoni ta’ Kristina Borg (artista u disinjatriċi tal-esibizzjoni), Alexandra Galitzine-Loumpet (antropologa u konsulenta kulturali) u Sarah Mallia (sezzjoni ħajjata).

to be [defined] tifforma parti mill-proġett RIMA, proġett antropoloġiku u artistiku mwieled fl-2014 li jimmira li jesplora, jaħseb mill-ġdid u jifforma mill-ġdid l-aspetti multidimensjonali tal-ispostament, permezz ta’ serje ta’ inizjattivi kreattivi u multidixxiplinarji.

www.rimaproject.org

L-esibizzjoni hija wkoll appoġġjata mill-Ambaxxata Franċiża, il-Vodafone Foundation u iCentre.

Artisti u poeti parteċipanti: Moira Agius, Mario Badagliacca, Gilbert Calleja, Glen Calleja, Katel Delia, Mirna Danijan, Emmanuel Guillaud, Alberto Favaro, André Désiré Loutsono, Immanuel Mifsud, Nadja Mifsud, M. u Rubina Mohamed, Malik Nejmi,  Aurélie Percevault, Guy Woueté, Hassan Yassin.