Transformer huwa proġett multidimensjonali li jibni relazzjonijiet bejn il-kuntest artistiku Malti u n-netwerks kulturali internazzjonali permezz ta’ serje ta’ skambji kuratorjali u artistiċi transkonfinali. Prodott minn Blitz, Valletta u Central St Martins, Londra, il-proġett jinkludi riċerka kuratorjali, residenzi artistiċi, taħditiet pubbliċi, workshops, pjattaforma onlajn, u esibizzjoni f’diversi siti madwar Malta matul is-Sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. Transformer huwa appoġġjat mill-Għotja ta’ Appoġġ Multiannwali tal-Kunsill Malti għall-Arti, u huwa parti mill-Programm tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

L-attivitajiet huma kollaborazzjoni bejn imsieħba tal-proġett minn Malta, mir-Renju Unit, minn Spanja, mill-Marokk u mill-Greċja, bil-għan li jinbena netwerk li se jgħin biex jiġu żviluppati Organizzazzjonijiet Immexxija mill-Artisti (AROs) u l-kuntest tal-arti kontemporanja f’Malta.

Transformer jiffoka fuq id-dinamika li jiġġeneraw AROs u l-impenn tagħhom ma’ kontinġenzi tal-preżent, li joħolqu diskors artistiku permezz ta’ attivitajiet ta’ riċerka bbażati fuq l-artisti fil-post. Transformer joħloq skambju elementari, sostenibbli u fit-tul; li jrawwem, jiżviluppa u jestendi l-attività tax-xena tal-arti kontemporanja Maltija, u jwessa’ l-isfera ta’ influwenza tagħha, filwaqt li jħaddanha f’komunitajiet ta’ prattika Ewropej u internazzjonali.

Ġestjoni tal-Proġett: Nicole Bearman, Alexandra Pace (Blitz)
Direzzjoni Kreattiva: Emma Talbot, Mick Finch (CSM)
Pjattaforma onlajn: Tom Clark

Artisti u AROs parteċipanti: Kosmas Nikolaou (3 137, Ateni, il-Greċja); Ro Caminal (CeRRCa, Barċellona, Spanja); Laila Hida (Le 18, Marrakech, il-Marokk); Mohamed Fariji (L’Atelier de l’Observatoire, Casablanca, il-Marokk); Fenêtreproject – Dustin Cauchi, Francesca Mangion (Blitz, il-Belt Valletta, Malta).

TRANSFORMER – TNEDIJA UFFIĊJALI U PROGRAMM PUBBLIKU
Il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru
6.00 – 9.30pm
Blitz, il-Belt Valletta

6.00pm – Introduzzjoni tal-proġett mid-Diretturi Kreattivi ta’ Transformer, Emma Talbot u Mick Finch

6.45pm – Diskussjoni Round Table mal-artisti u l-AROs ta’ Transformer

Din id-diskussjoni se tikkunsidra kif l-organizzazzjonijiet immexxija mill-artisti internazzjonali u l-artisti li qed jipparteċipaw fi Transformer (mill-Afrika ta’ Fuq, Spanja, il-Greċja) qed jaħdmu fil-kuntest tal-arti kontemporanja. Il-proġett Transformer se jkun punt tat-tluq li jiftaħ diskussjonijiet dwar in-netwerking, ir-rwol tal-organizzazzjoni mmexxijja mill-artisti, il-kollaborazzjoni, il-preżentazzjoni tax-xogħlijiet tal-arti, l-iżvilupp tal-prattiki artistiċi, ir-rispons tas-sit u proġetti u opportunitajiet fir-reġjun u lil hinn. L-attività se tipprovdi informazzjoni utli għal artisti kontemporanji u dawk interessati fil-qasam kulturali.

8.00m – Bibita u ftuħ uffiċjali tal-esibizzjoni f’diversi siti ta’ Transformer

DATI TAL-WIRJA TRANSFORMER: 8 TA’ SETTEMBRU ~ 14 T’OTTUBRU

Artisti u siti ta’ TRANSFORMER : 

Kosmas Nikolaou (3 137, Ateni) – Villa Bologna, Attard

Ro Caminal (CeRRCa, Barċellona) – Spazju Kreattiv, Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta

Laila Hida (Le 18, Marrakech) – Funtana tal-Ilma tal-Valletta Design Cluster, il-Belt Valletta

Mohamed Fariji (L’Atelier de l’Observatoire, Casablanca) – Pjazza San Pawl & 1st Hamrun Scouts Group, Hamrun

Fenêtreproject – Dustin Cauchi, Francesca Mangion (Blitz u l-kollezzjoni MUŻA, il-Belt Valletta) – Blitz, il-Belt Valletta

Żur transformermalta.com għal aktar dettalji u ħinijiet tal-ftuħ.