Tuna Lies | Tuna Truth, wieħed mill-aktar proġetti strambi tal-Fondazzjoni Valletta 2018, jeħtieġ 20 persuna unika biex jiġu ffilmjati waqt li jieklu! Din hi taqsira ta’ fiex jikkonsisti l-proġett:

Sonja Stummerer u Martin Hablesreiter tal-istudju tal-arti u d-disinn Honey & Bunny iwasslu s-sorsi tal-ikel etiċi u sostenibbli kontemporanji lill-pubbliku b’modi eċċitanti u provokattivi. Il-veritajiet, il-gidbiet, in-nofs veritajiet u teoriji dwar kumplotti li jduru mal-industrija tas-sajd ta’ Malta u tal-Mediterran ispirawhom biex jikkreaw il-proġett Tuna Lies | Tuna Truth. Parti mir-rappreżentazzjoni artistika hija teatru, parti esperjenza ta’ ikel, taħlita ta’ kultura pop minsuġa flimkien minn temi ta’ fake news li jilagħbu mal-verità, l-għajdut, il-gideb u l-identità biex jipprovokaw diskussjoni miftuħa. Fl-aħħar, avveniment pubbliku jwassal il-verità sħiħa dwar it-tonn lill-pubbliku … Jirnexxilu jew le? Meta niġu għat-tonn fil-Gżejjer Maltin, mhux kollox huwa skont kif jidher …

Fid-29 ta’ Marzu, 20 persuna se jiġu ffilmjati jieklu għadd ta’ platti li fihom il-ħut.

Numru ta’ sigħat għall-iffilmjar: 3 sigħat

Ħinijiet: 10am – 1pm jew 11am – 2pm

Xogħol bi ħlas

L-iffilmjar se jsir f’Marsaxlokk jew xi mkien f’dawk l-akkwati, f’kontejner tal-Port Ħieles.

Jekk int tixtieq tingħaqad magħna għall-iffilmjar, jekk jogħġbok ibgħat email lil [email protected] b’dan il-materjal li ġej sad-19 ta’ Marzu:

  • Isem u kunjom
  • Bijografija qasira dwarek, u wkoll ir-raġuni għala se tapplika
  • CV artistiku skont kif japplika (m’hemmx bżonn ikun strettament marbut mar-reċtar)
  • Irid ikollok mezz biex tasal fil-post tal-iffilmjar fil-ħin / jekk le, jekk jogħġbok speċifika għall-arranġamenti
  • Ma tridx tkun allerġiku għall-ħut u trid tkun tħobb tiekol prodotti tal-ħut

 

Mużiċisti, artisti viżivi, żeffiena, u fashion gurus jistgħu japplikaw ukoll!