B’celebrazzjoniji ta’ Valletta bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura, Stephen Busuttil, fotografu u rebbieħ ta’ premjijiet  internazzjonali, ħoloq retroxena fotografika tal-belt kapitali ta Malta, li turi il-bidla li kien hemm f’din  il-belt u in-nies tagħha tul dawn l-aħħar għaxar snin.

Stephen wera kif Valletta u in-nies tagħha inbidlu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ reliġjon, il-kultura u soċjalment b’ħala effett tal-globaliżżazzjoni. Iż-żmien ta’ għaxar snin  kienu magħżul biex jirrifletti  ix-xogħol fotografiku ta’ Valletta  li kien għamel fl’ 2008. Ix-xogħol oriġinali kien ibbażat fuq mixja ta’ 24 siegħa tul il-Belt, meta kien ħa ritratt wieħed fis-siegħa li jirriflettu il-ħajja fil-Belt.

Għaxar snin wara, Dr Daniel K. Gullo, u Joseph S.Micallef, Kuratur tal Malta Study Centre talbu  lil- Stephen biex jirrepeti dan l-istudju ibbażat fuq il-bidliet kbar li seħħu minn meta Malta saret parti mill- Unjoni Ewropeja fl-2004.

Waqt  li naraw  it-tkomplija tat-tradidizzjonijiet u il- kultura, l-aktar tal-Patrimonju Kattoliku tal-Gżejjer Maltin, li jinkludu festi tal-qaddisin (il-Festa) u il-Karnival, u  kif dawn ġew effettwati mil l-Ewropa  u mill-bqija tad-dinja  u kif dawn ħallew il-marka tagħhom fuq Valletta biż-żieda fit-turiżmu u il- globaliżżazzjoni.

Valletta: belt u poplu se tittella bejn it-12 ta’ Mejju u l-25 ta’ Mejju fl-Ambaxxata ta’ Malta f’Washington, D.C.

Dan il-proġett huwa appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018