Il-Valletta Concours d’Elegance, li nibet minn imħabba kollettiva għal karozzi vintage u klassiċi u l-preservazzjoni u t-tgawdija tagħhom, ifittex li jimla l-vojt fl-attivitajiet tal-karozzi klassiċi varji f’Malta billi jagħti l-opportunità lil entużjasti lokali biex jesebixxu l-kburija u l-ferħ tagħhom f’attività li tiċċelebra l-passjoni tagħhom fi ħdan l-ambjent majestuż tal-Belt Valletta.

Tim ta’ ġurija barranija indipendenti b’esperjenza vasta f’attivitajiet simili barra minn Malta ġew ikkummissjonati biex jagħtu l-professjonaliżmu u l-opinjoni esperta tagħhom għall-proċess tal-ġurija. Diversi kategoriji ta’ vetturi se jiġu ppreżentati u l-ġurija għandha tiddeċiedi dwar l-aħjar parteċipant f’kull kategorija, skont sett ta’ kriterji.

Il-concours se jippreżenta żewġ Princess Limousines Presidenzjali fil-Palazz ta’ Granmastru, u għall-ewwel darba f’erbgħin sena, dawn it-tnejn se jingħaqdu mat-tnejn l-oħra li oriġinarjament kienu donazzjoni lejn Malta mill-Gvern Brittaniku fis-sittinijiet. L-ewwel żewġ karozzi li qatt ġew reġistrati fil-Gżejjer Maltin, bin-numru tar-reġistrazzjoni 1 u 2 mill-1904, Siddeley u Cadillac, se jkunu esibiti wkoll fil-Palazz tal-Granmastru matul wirja artistika ta’ ġimgħa minn tnax-il Artist Malti, li se tingħaqad ma’ din l-attività tal-karozzi klassiċi. Il-concours se jesibixxi wkoll karozza unika mill-kollezzjoni ta’ karozzi ta’ Peter Mullin mill-1930, miġjuba mill-Kalifornja lejn Pjazza San Ġorġ.

Ir-rebbieħ ta’ kull kategorija se jikkompeti għat-trofew kollettiv prestiġjuż tar-rebbieħa. L-attività qed tittella’ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u hija sponsorjata minn numru ta’ entitajiet, inkluż Valletta 2018.

Matul il-concours, nhar il-Ħadd 20 ta’ Mejju, se tittella’ kompetizzjoni tal-kostumi tal-perijodu u se tkun miftuħa għall-pubbliku ġenerali.

Żur www.vallettaconcoursdelegance.com biex tiskopri aktar.

VCE 2018

VCE 2018 MOTORCYCLES

VCE 2018 PERIOD COSTUME