Aħna Refuġjati huwa l-ewwel xogħol ta’ opra għal Sammut wara li ħadem fuq għadd ta’ proġetti tal-midja internazzjonali u lokali. L-opra se tinkludi d-direzzjoni mużikali ta’ Richard Merrill Brown u libretto ta’ Mario Philip Azzopardi.

Fir-rakkont tal-isfidi ta’ familja li qed tipprova taħrab mill-pajjiż mifni mill-gwerra tagħha l-opra tindirizza tħassib f’waqtu fir-reġjun Ewro-Mediterranju, il-prezz uman tal-migrazzjoni fuq skala kbira u t-tema universali tat-telf bħala riżultat ta’ konvenjenza politika, razziżmu u preġudizzju.

Aħna Refuġjati se tinkludi l-parteċipazzjoni tas-sopran tal-opra Maltija Miriam Gauci, it-tenur Nico Darmanin, il-kontratenur José Hernandez Pastor, il-mezzo sopran Clare Ghigo u l-mezzo sopran Federica Falzon bħala parti mill-kast, fost l-oħrajn.

L-opra se ssir fil-31 ta’ Awwissu u fit-2 ta’ Settembru 2018 fuq il-Fosos tal-Furjana.  Ixtri l-biljetti minn hawn taħt biex tidħol fiċ-ċans li tirbaħ iPhoneX. Il-lotterija tagħlaq fit-2 ta’ Settembru 2018 u r-rebbieħ jiġi mħabbar wara r-rappreżentazzjoni, fit-3 ta’ Settembru. Ix-xorti t-tajba!