Huma ser jesploraw xogħlijiet minimalistiċi minn kompożituri internazzjonali kontemporanji bħal John Cage, Philip Glass u Benjamin Van Esser fost oħrajn.
Matul il-prestazzjoni, il-ħoss tal-pjanu ta’ Sultana ser ikun akkumpanjat bl-immaġnijiet ta’ Dingli li tfasslu speċifikament għal dan il-programm, u b’hekk tinħoloq esperjenza omoġenja li ddaħħal aspett viżiv f’dik li s-soltu jkun ambjent purament għall-widna. Ir-riżultat huwa esperjenza immersiva għal dawk li jħobbu l-mużika, l-arti u l-ħoss sperimentali. Dan il-proġett ser jinkludi wkoll traskrizzjoni għall-pjanu minn Sultana ta’ silta tal-NSI. Non Standard Institute (sħubija bejn Tobias Freund u Max Loderbauer) u improvizzazzjoni tal-pjanu u modulari mal-mużiċist elettroniku TR-S1.