Años Luz hija prestazzjoni li tieħu lil kull min ikun qed isegwi fi vjaġġ ta’ ispirazzjoni ta’ skoperta mużikali. Fiċ-ċentru tal-istorja hemm kompożitriċi li tinqabad fi proċess ta’ kontemplazzjoni fuq dak li beħsiebha tikseb, u li hi jirnexxielha tiskoprih għall-għarrieda permezz ta’ proċess kreattiv mill-aktar spirituż u ferrieħi.
Din il-prestazzjoni mill-isbaħ toffri wkoll lil dawk preżenti jsegwu b’immaġini żviluppati b’tekniċi tradizzjonali u kontemporanji f’dak li għandu x’jaqsam mat-teatru bbażat fuq il-ħolqien ta’ dellijiet fejn ir-realtà u l-ħolm jingħaqdu flimkien f’dinja unika ta’ mużika u kuluri. Luz Mico y Punto se jaqsmu din l-esperjenza unika bl-użu ta’ dellijiet li jkunu qed jiżviluppaw bil-moviment tal-pupazzi flimkien ma’ artisti stabbiliti u oħrajn li qed jaspiraw li jsiru artisti f’workshop intensiv lejn tmiem Frar. Din ir-rappreżentazzjoni hija addattata għal adulti u tfal mill-età ta’ erba’ snin ‘il fuq.
Años Luz se tittella’ fl-24 u l-25 ta’ Frar u fit-3 u l-4 ta’ Marzu fl-Imqabba (Malta) u f’Għajnsielem (Għawdex).