Hija karatteristika li ta’ spiss ma nagħtux kas, li qed tisparixxi b’rata mgħaġġla mill-pajsaġġ arkitettoniku tagħna.

Din il-karatteristika arketipika tal-pajsaġġ Malti hija s-suġġett ta’ xogħol ta’ riċerka u esibizzjoni minn Chris Briffa Architects fil-Biennale tal-Arkitettura ta’ Venezja (Mejju sa Novembru 2018) u fil-Kavallier ta’ San Ġakbu f’Malta (7 ta’ Diċembru 2018 sat-3 ta’ Frar 2019).

Il-proġett jgħaqqad flimkien grupp ta’ persuni kreattivi b’interessi f’media differenti, biex jindirizzaw din il-biċċa xogħol bħala studju, biex jeżaminaw il-funzjonijiet soċjali u fiżiċi tagħha, jiddokumentaw il-mogħdija tagħha matul iż-żmien, u jimmaġinaw liem direzzjoni se tieħu l-antiporta.

Kun parti minn ANTIPORTA

It-tim ta’ ANTIPORTA jistieden lil dawk kollha interessati jkunu parti mill-proġett, biex jissottomettu filmati u ritratti – ġodda, qodma jew anke “vintage” – tal-antiporta Maltija permezz tas-sit www.antiporta.com u fuq Instagram @antiporta_cba bl-użu tal-hashtag #antiporta.

Il-kontribuzzjonijiet u r-ritratti jew filmati sottomessi se jiffurmaw parti mir-riċerka kontinwa u jistgħu jiġu kondiviżi fuq is-sit tagħna, f’pubblikazzjonijiet u avvenimenti futuri u/jew il-media soċjali. Ir-ritratti se jiġu kkreditati kif xieraq.

Dwar Chris Briffa Architects

Chris Briffa Architects, ibbażati fil-qalba tal-Belt Valletta, Malta, jaħdmu biex ikunu ambaxxaturi kontemporanji li qatt ma jinsew l-oriġini tagħhom. Diġà twettaq proġett rebbieħ tal-premji simili (www.gallarija.com) minn dan l-istudio tal-arkitettura fl-2013, li studja ż-żwieġ tal-gallarija tradizzjonali (il-gallarija magħluqa), ma’ arketipi kontemporanji.

ANTIPORTA: A Fading Negotiation hija kkurata minn Andrew Borg Wirth u tifforma parti mill-programmi ta’ Valletta 2018 (Valletta Design Cluster) u Spazju Kreattiv. Il-proġett huwa appoġġjat mill-Project Support Grant, Malta Arts Fund – Arts Council Malta, u huwa prodott bil-kollaborazzjoni ta’ Camilleri Paris Mode u Halmann Vella.

 

Ritratt: David Zammit