Il-Bewildered Music Festival hu organizzat mill-Fondazzjoni Valletta 2018 f’kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal. L-għan tal-Fondazzjoni f’dan ir-rigward hu li dejjem tipprovdi lill-pubbliku Malti b’avvenimenti kulturali ta’ kwalità għolja, filwaqt li, fl-istess ħin, tagħti lok għal aktar preżentazzjonijiet minn artisti lokali biex ikunu jistgħu jippromwovu u juru t-talenti tagħhom lil udjenzi usa’.

Fit-28 u d-29 t’Awwissu, bosta bands lokali qasmu l-mużika tagħhom mal-pubbliku maġemb artisti oħra internazzjonali waqt Bewildered Music Festival, li jimla lil Pjazza Teatru Rjal b’mużika alternattiva u indie. Il-programm kien jinkludi: il-bands Ingliżi BIG DEAL u Leave the Planet, il-mużiċist Malti li hu bbażat f’Berlin, Jim Hickey, kif ukoll l-artisti lokali, Plato’s Dream Machine, Fastidju u CHIN∆.