Il-Projezzjonijiet Diġitali tal-Milied huma serje ta’ xows ta’ projezzjoni li jdawlu l-faċċata tal-Palazz tal-Granmastru matul l-istaġun festiv. Il-projezzjonijiet huma r-riżultat ta’ kollaborazzjoni kontinwa bejn il-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST. Iddisinjati minn studenti tad-Disinn Grafiku u l-Midja Interattiva fil-Livell ta’ Baċellerat, il-projezzjonijiet tal-2018 se jibqgħu għaddejjin sa
tmiem Diċembru waqt li se ssir edizzjoni speċjali lejlet l-Ewwel tas-Sena bħala parti minn dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.