F’inizjattiva biex tiġi megħjuna l-mobbiltà fir-reġjun ġeografiku Għarbi-Ewropew, minn issa sal-2018 qed jinħarġu serje ta’ sejħiet miftuħa għall-għotjiet għall-ivvjaġġar. Il-fond għall-ivvjaġġar se jiffaċilita kollaborazzjonijiet bejn artisti u operaturi kulturali li jgħixu u jaħdmu fir-reġjun ġeografiku Għarbi-Ewropew. Il-proġetti kollaborattivi jridu jsiru f’Malta jew ikunu marbuta ma’ Malta u mat-titlu tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. Is-sejħa tagħti prijorità lill-artisti bbażati f’Malta li qegħdin jiżviluppaw proġetti internazzjonali f’Malta jew artisti li jixtiequ jivvjaġġaw lejn Malta.

Ir-regoli standard tal-Fond Cimetta Roberto ser japplikaw, skont il-linji gwida tal-proġetti sabiex ikunu konformi mal-viżjoni, mal-missjoni u mal-għanijiet ta’ Valletta 2018. Iktar informazzjoni se tkun disponibbli aktar tard matul l-2015.

Dan il-finanzjament għall-mobilità huwa kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni Valletta 2018 mal-Fond Cimetta Roberto.

Għad-dettalji kollha żur il-paġna uffiċjali ta’ Roberto Cimetta.