Dan il-proċess ta’ produzzjoni kollaborattiva jfittex li jiskopri, jgħallem u jippromwovi t-talent fost il-komunitajiet emarġinati f’Malta permezz ta’ sessjonijiet ta’ kitba tal-mużika u żfin hip hop.
Community Hip Hop ifittex talent minn komunitajiet differenti f’Malta bil-għan li jipprovdi pjattaforma għaż-żgħażagħ biex jesprimu l-ħsibijiet kumplessi tagħhom u l-emozzjonijiet bis-saħħa ta’ mezzi kreattivi. Sessjonijiet ta’ diski u breakdance jesponu lil dawn l-adolexxenti għall-kultura lokali taż-żgħażagħ u l-parteċipanti huma mħeġġa biex iħalltuha mat-tradizzjonijiet kulturali tagħhom stess. Dawn l-artisti emerġenti huma wkoll imħarrġa biex jipparteċipaw fil-kultura lokali permezz ta’ rappreżentazzjonijiet. Matul il-proġett kollu, il-parteċipanti huma mħeġġa wkoll iżommu djarju personali, li jagħti lil dawn iż-żgħażagħ kreattvi l-opportunità li jirriflettu dwar kwistjonijiet sinifikanti jew diffiċli li jistgħu jkunu qegħdin jgħaddu minnhom f’ħajjithom.
It-tieni edizzjoni ta’ Community Hip Hop bniet fuq is-sitt kanzunetti prodotti waqt l-ewwel edizzjoni ta’ din is-sessjoni ta’ ħidma li kienet suċċess, filwaqt li taħdem ukoll biex jinħoloq kontenut oriġinali ġdid.