Serje ta’ interventi, rappreżentazzjonijiet u esibizzjonijiet f’siti ta’ wirt kulturali se jitfgħu dawl ġdid fuq siti megalitiċi bħal Ħaġar Qim, il-bliet fortifikati tal-Imdina u ċ-Ċittadella, u postijiet storiċi u popolari oħra madwar il-Gżejjer. Hekk kif kienu ffurmaw il-gruppi tal-istilel biex jipprovdu orjentazzjoni, l-interventi artistiċi f’Constellation Malta se jipproponu punti, rotot u toroq ġodda biex jimirħu fil-qasma lokali fil-kuntest soċjali, politiku, ekonomiku u artistiku. Il-proġett li jibda mill-aspett lokali lejn il-kosmiku, jindirizza l-kumplessitajiet tad-dinja kontemporanja tagħna.

Matul is-sekli, il-kostellazzjonijiet servew bħala għodda għall-orjentament u n-navigazzjoni, kemm b’mod ġeografiku iżda wkoll b’mod eżistenzjali. Skoperti xjentifiċi reċenti wrew li, fost il-kostellazzjonijiet fis-sema, teżisti tipoloġija li tissejjaħ “kostellazzjonijiet tal-isħab skuri”, li tifforma permezz ta’ magma ta’ dellijiet densi u impenetrabbli ta’ nebuli fejn jitwieldu stilel u materja ġdida.

L-esibizzjoni tassoċja t-terminu ‘kostellazzjoni’ mal-isem Malta, u fl-istess waqt tagħti importanza metaforika lil ċerti siti fl-arċipelagu Malti. Is-siti jsiru stilel li jħaddnu tifsira, punti li jiggwidaw il-vjaġġ tagħna fost it-topografiji fiżiċi u kulturali li jinxtegħlu permezz tad-diversi xogħlijiet tal-arti.

Billi tinkixef it-tifsira inkorporata f’dawn l-“istilel” ġodda, il-viżitaturi u l-persuni li jkunu għaddejjin fil-qrib isiru vjaġġaturi, bil-kapaċità li jagħmlu l-vjaġġ uniku tagħhom stess lejn il-fehim u l-interpretazzjoni.

Constellation Malta se tittella’ bejn it-13 t’Ottubru u d-9 ta’ Diċembru 2018 f’diversi siti ta’ wirt kulturali madwar Malta u Għawdex.

L-esibizzjoni se tinkludi lil: Austin Camilleri, Chiharu Shiota, Eulalia Valldosera, The Malta Fancy Poultry and Pigeon Club, Forensic Architecture and Forensic Oceanography, Kyung-Jin Cho, Marina Abramović, Readymades Malta (xogħol tal-arti pubbliku), Saskia Calderon, Tania Berta Judith u Yoshimoto Nara.

Ixtri biljetti għas-siti ta’ Heritage Malta minn hawn.

 

Ritratt: Darren Agius