Valletta 2018 qed tirrappreżenta lil Malta f’dan il-proġett, waqt li l-Valletta Design Cluster huwa wieħed mill-partijiet ewlenin ta’ dan il-proġett. Imsieħba Ewropej jinkludu aġenziji li jippromovu d-disinn, fosthom iċ-Ċentru tad-Disinn ta’ Barċellona, ċentri ta’ innovazzjoni u aġenziji li jappoġġjaw l-intrapriża. Kumpanija ewlenija internazzjonali li tispeċjalizza fis-settur tal-konsulenza dwar id-disinn, il-PDR, ibbażata fl-Università Metropolitana ta’ Cardiff, hija s-sieħeb ewlieni tal-proġett.
Il-proġett jibda fl- 2017 u jibqa’ għaddej sal-2021. F’April tal-2018 se ssir laqgħa li se tlaqqa’ flimkien l-imsieħba kollha fil-proġett.