L-impatt tat-tixjiħ demografiku fl-UE huwa sinifikanti, b’rati baxxi tat-twelid u stennija tal-għomor ogħla. Malta mhix eċċezzjoni għal din it-tendenza. Matul l-aħħar deċennji, il-Ġżejjer Maltin għaddew minn bidla sinifikanti fil-kura tal-anzjani fid-dar permezz tal-impjieg ta’ carers/helpers mill-Filippini.

Il-proġett se jevalwa l-koabitazzjoni ta’ persuni li ma jafux lil xulxin taħt l-istess saqaf permezz tal-ġbir u l-fehim tan-narrattivi ta’ carers Filippini u anzjani Maltin. Il-‘kollaborazzjoni reċiproka’ li tgħin kemm lill-carer kif ukoll lill-persuna anzjana biex tħossha aktar integrata fil-ħajja ta’ kuljum, se tiġi espressa u tingħata viżibbiltà wkoll permezz tal-produzzjoni ta’ xogħol artistiku magħmul mill-carers Filippini u mill-anzjani Maltin.

Wirja artistika, li se titmexxa mill-artisti Aglaia Haritz u Abdelaziz Zerrou, se ssir fl-2018. Matul l-attività, il-kreazzjonijiet maħluqa matul il-proġett se jiġu ppreżentati lill-udjenza.

Ktieb bir-riżultati tal-proġett, se jiġi wkoll ippubblikat fl-2018.