Diretta minn Jack Furness, bl-Orkestra Filarmonika ta’ Malta kondotta minn Philip Walsh, din il-produzzjoni ġdida u kuraġġuża tal-kapolavur ikoniku hija t-tieni minn tliet opri minn Wolfgang Amadeus Mozart u Lorenzo Da Ponte li qed jittellgħu mit-Teatru Manoel. It-teatru nazzjonali grandjuż ta’ Malta se jinkwadra din ir-rappreżentazzjoni definittiva ta’ libertin żagħżugħ laxk li l-azzjonijiet vivaċi tiegħu jiskandalizzaw lil dawk kollha li jiltaqgħu miegħu – sakemm jiltaqa’ ma’ persuna li ma taffettwahiex il-kariżma. Fl-2019 l-udjenzi jistgħu jistennew it-tielet produzzjoni fis-serje, Così fan tutte, ossia La scuola degli amanti.