B’antiċipazzjoni għas-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-proġett estenda invit lill-fotografa Maltija Alexandra Pace, minn Valletta 2018, u lill-fotografa Alice Wielinga mill-Kapitali Ewropea tal-Kultura tewmija tagħna, Leeuwarden-Fryslân 2018.
Iż-żewġ fotografi għexu u ħadmu fil-Ġappun, bil-ħsieb li jieħdu impressjoni tal-istil tal-ħajja tal-pajjiż b’lenti Ewropea. Esibizzjoni li turi x-xogħol taż-żewġ artisti se tkun qed issir f’Malta ġewwa Spazju Kreattiv, u wara se tivjaġġa lejn Leeuwarden u l-Ġappun.
L-esibizzjoni se ssir bejn it-30 ta’ Marzju u d-29 ta’ April 2018 fil-Galleriji ta’ Fuq ta’ Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta.