Minbarra l-kompożizzjonijiet klassiċi minn albums preċedenti u kanzunetti Romani folkloristiċi, ir-repertorju tagħha jkopri wkoll kanzunetti ġodda miktuba mill-kantant, il-kitarrist u l-mexxej tal-grupp Desiderius Dužda. Fl-istess waqt Ida Kelarova ser tkun qed tiftaħ qalbha lill-udjenza, billi tħaddem il-vuċi leġġendarja tagħha f’din il-prestazzjoni mqanqla. L-esponent lokali Organic Choir ser jiftaħ l-ispettaklu u jikkollabora mal-Jazz Famelija ta’ Ida Kelarova aktar tard matul is-sett. Kelarova ser tippreżenta wkoll workshop qasir imsejjes fuq il-kunċett ‘Kulħadd Jista’ Jkanta’.
Din ir-rappreżentazzjoni se tittella’ nhar is-Sibt 10 ta’ Marzu 2018 fl-Oratorju ta’ Don Bosco, ir-Rabat Għawdex.