Studenti ġejjin minn ambjenti differenti, minn tliet skejjel madwar Malta u Għawdex, jitgħallmu dwar ix-xebħ li hemm bejn il-mużika u l-arkitettura, xebħ li ħafna mid-drabi ninjoraw. L-istudenti huma mħeġġin biex joħolqu l-materjal tagħhom bis-saħħa ta’ ppjanar u diskussjoni filwaqt li ukoll jitgħallmu kif jistrutturaw l-ideat tagħhom b’mod koerenti.

Il-mużika tiffunzjona bl-istess mod bħall-arkitettura; it-tnejn għandhom it-tielet dimensjoni ta’ ħin u spazju. Il-kompożitur tal-mużika jagħżel il-ħsejjes b’ċertu kura, b’ta’ li mod li subkonxjament jiggwida lis-semmiegħ hu u jisma’ l-mużika, simili ta’ kif arkitett jimmudella spazju biex jagħmlu aċċessibbli għal dawk li ħa jużawh. Tul l-istorja, kien hemm varjetà ta’ kompożizzjonijiet mużikali li nkitbu għax il-kompożituri tagħhom kienu spirati minn arkitettura sabiħa. L-istudenti jużaw metodu simili: jipproduċu l-ħsejjes li flimkien jagħmlu biċċa mużika u disinn arkitettorali bl-użu ta’ xogħol kompożituri lokali u barranin bħala spirazzjoni. B’hekk, dawn l-istudenti jistgħu jitgħallmu kif jaħsbu f’viżwali, li bihom jgħaqqdu l-mużika mal-arkitettura.

Malta għandha bosta binjiet li huma sinjuri fl-arkitettura tagħhom. Bl-għajnuna tal-għalliema tagħhom u l-voluntieri, l-istudenti jistgħu jinvestigaw binjiet fil-lokalità tagħhom biex jidentifikaw dawn l-elementi arkitettorali. Dawn l-elementi huma mbagħad akkumpanjati minn serje ta’ ħsejjes li huma kkreati mill-istudenti stess. Iż-żwieġ ta’ bejn il-ħoss u l-viżwal jibni esperjenza awdjoviżwali affaxxinanti.

Waqt il-workshops li saru tul is-sena skolastika, l-istudenti jikkumbinaw dawn il-ħsejjes li pproduċew mad-disinji arkitettorali u jifformalizzaw u jistrutturaw l-ideat tagħhom li nibtu mid-diskussjonijiet, ħsejjes, u disinji, magħmulin minn materjali differenti, li huma disponibbli għalihom. Ix-xogħol se jkun esebit lill-pubbliku.