L-isem li ngħata lil din ir-rappreżentazzjoni huwa logħba bil-kliem gustuża. Każin tista’ tfisser bar lokali, iżda twassal ukoll għall-kelma casinoBarokk tirreferi għall-perjodu Barokk fl-arti u fil-mużika, mill-1600 sa madwar l-1750, ikkaratterizzat b’ornamentazzjoni elaborata u sforzi biex jinħolqu effetti drammatiċi, iżda wkoll bit-taħlita ta’ kulturi u identitajiet. Din tal-aħħar hija tipikament dak li jiddefinixxi l-kultura Maltija permezz tal-post, l-istorja u l-globalizzazzjoni tagħha. Il-prestazzjoni tesplora jekk u kif il-kultura Maltija hix qed tintlagħab u eventwalment tintilef.

Din ir-rappreżentazzjoni twiegħed li tkun vjaġġ ta’ tiftix ir-ruħ fejn l-arti, in-nies, ir-robotika, il-passat, il-preżent u l-futur jingħaqdu flimkien biex jiffurmaw taħlita Barokka bbażata fuq identitajiet lokali u kontemporanji. L-udjenza se jkollha esperjenza viżwali fejn tista’ tikkontrolla l-funzjoni u tapprezza d-dettalji tal-mekkaniżmi tas-sett.

 

N.B.: L-attività mhix aċċessibbli bis-siġġu tar-roti.

Avviż: Matul din ir-rappreżentazzjoni jintużaw strobe lights.

 

Ritratt: Michele M.F. // Flickr Creative Commons https://goo.gl/NHkJ1g