Il-proġett huwa mfassal biex jgħaqqad tfal mill-komunità ma’ professjonisti fil-qasam tal-kreattività minn Malta permezz ta’ sensiela ta’ workshops li jwasslu biex issir produzzjoni multimedjali. Permezz ta’ workshops dwar il-mużika kontemporanja u żfin b’sessjonijiet tal-perkussjoni, minn animazzjoni diġitali għal tpinġija bid-dawl, KIRANA tħeġġeġ lit-tfal biex jikkontribwixxu għall-kontenut artistiku tal-prestazzjoni permezz tal-kreattività tagħhom stess.

Fl-aħħar sentejn, KIRANA kienet ippreżentata f’numru ta’ teatri tal-opra u festivals f’Malta, fi Franza, fil-Ġermanja, fl-Italja, fid-Danimarka, fil-Latvja, f’Ċipru u fl-Awstralja. Matul is-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, KIRANA se tkun qed issir fl-Olanda permezz ta’ prestazzjonijiet f’Leeuwarden u Sneek, fil-provinċja ta’ Friesland.