Tul dawn l-aħħar erbatax-il sena, l-NGO kulturali Maltija Kinemastik organizzat festival annwali ta’ films qosra bħala parti mill-programm tal-avvenimenti u tal-attivitajiet ċinematografiċi li ttella’ tul is-sena kollha.

Il-Kinemastik International Short Film Festival joffri pjattaforma ideali li fuqha l-produtturi tal-films residenti jkunu jistgħu jsawru konnessjonijiet kreattivi u professjonali sinifikanti mal-mexxejja tad-dinja taċ-ċinema, kif ukoll jaqsmu x-xogħol tagħhom ma’ udjenzi lokali u ma’ kelliema mistiedna. Matul is-snin il-festival kiseb ukoll post fil-qlub tan-nies lokali li jaraw il-films grazzi għal atmosfera intima li tippermetti li t-telespettaturi jesperjenzaw bis-sħiħ il-faxxinu tal-films qosra magħżula.

Għal aktar informazzjoni, żur www.kinemastik.org.

 

Ritratt: Ali Tollervey