L-iskop huwa li tiffaċilita, tippromwovi u tiċċelebra l-iżvilupp tal-industrija tad-disinn f’Malta fuq livell kulturali u kummerċjali, billi jitlaqqgħu flimkien id-disinjaturi u l-ħaddiema tal-industrija u joħolqu kultura fejn il-professjonisti jkunu jistgħu jaqsmu bejniethom l-għarfien tagħhom. L-edizzjoni tal-2018 se tkun ir-raba’ waħda minn meta ngħata bidu għall-Malta Design Week fl-2011.