Dan l-avveniment iseħħ fuq skala nazzjonali u hu timbru fuq il-kalendarju ta’ kultura ta’ moda li qed tkompli tikber u titkattar bħala parti integrali mill-industrija kreattiva lokalment, fejn niċċelebraw il-moda Maltija u dik internazzjonali. Malta Fashion Week 2016 se ssir nhar l-14 ta’ Mejju u tibqa’ sejra għal ġimgħa sħiħa sal-21 ta’ Mejju.
Malta Fashion Week 2015 għaqqad flimkien talent lokali kif ukoll disinjaturi tal-moda stabbiliti fuq livell internazzjonali. L-avveniment, li dam għaddej ġimgħa, sar f’numru ta’ postijiet fil-Belt Valletta, inkluż fit-taraġ ta’ maġemb il-proġett ta’ Renzo Piano ta’ Bieb il-Belt, Pjazza Reġina, u l-Forti Sant’Iermu, li għadu kif ġie restawrat.