Maħluq fuq programm distint u preżentazzjoni esperta, Modern Music Days (Ġranet ta’ Mużika Moderna) qed ifittex li jistimula udjenzi eżistenti filwaqt li jatratta nies ġodda. Il-proġett intenzjonat biex jibni katina ta’ kuntatti bejn kompożituri u mużiċisti ma’ artisti oħra bl-għan li l-mużika tieħu xeħta aktar interdixxiplinarja. Modern Music Days huwa wkoll maħsub biex jibni relazzjoni bejn mużiċisti lokali, artisti u organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawn il-kuntatti jagħtu opportunijiet lil artisti lokali biex jesploraw dinja lil hinn mix-xena tal-mużika lokali bl-għajnuna ta’ kollaborazzjonijiet ma’ artisti internazzjonali.
Il-programm jinkludi kunċerti miżgħuda b’kompożizzjonijiet u preżentazzjonijiet ta’ mużiċisti u kompożituri Maltin magħquda ma’ repertorju internazzjonali.
Żur is-sit ta’ Modern Music Days għal aktar dettalji.
Modern Music Days huwa mtella’ mill-Fondazzjoni Valletta 2018 f’kollaborazzjoni ma’ Teatru Manoel u mal-Assoċjazzjoni għal Mużika Kontemporanja f’Malta.