Minn Lulju tal-2017 il-Maestro Mencoboni kien qed iħarreġ grupp ta’ kantanti f’xogħol ta’ ensemble u tekniki vokali u mużikali Barokki. Il-masterclasses jiffokaw fuq ix-xogħol tal-kompożitur influwenti Taljan Claudio Monteverdi u l-kontemporanji tiegħu u jilħqu l-qofol tagħhom f’kunċert ta’ dimostrazzjoni f’Diċembru 2017, prestazzjoni mal-Maestro matul il-festival u produzzjoni għall-istaġun 2018/2019 tat-Teatru Manoel – L’incoronazione di Poppea ta’ Monteverdi, li tiddeskrivi l-ġlieda għall-poter bejn l-allat tal-Virtù u tal-Fortuna u l-alla tal-Imħabba.