Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti bħalissa qiegħed fi tranżizzjoni lejn MUŻA – il-mużew nazzjonali tal-arti komunitarja li ser jiftaħ bħala proġett ewlieni matul l-2018 meta l-Belt Valletta ser tkun il-Kapitali Kulturali Ewropea.

Naqsam il-MUŻA huwa wkoll eżerċizzju fil-parteċipazzjoni ċivika. Dan il-proġett tnieda fil-Belt meta għaxar membri tal-komunità artistika Beltija żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Arti. Il-parteċipanti ser jagħżlu biċċa xogħol artistika biex jippreżentawha ’l sħabhom u ’l qrabathom u jipproponu spazju komunitarju fejn din tkun viżibbli għal kulħadd.