Minkejja din il-pubblikazzjoni tant importanti, u oħrajn li segwew, l-arti moderna Maltija tibqa’ s’issa storja li fil-biċċa l-kbira tagħha mhix miktuba. Dak li jibqa’ huwa ġeneralment memorja li tinftiehem bħala t-tifkira selettiva tal-passat relattivament riċenti. Il-memorja tibqa’ bħala rabta, għalkemm tinbidel b’mod kostanti, li tiġi mfakkar jew minsija skont kif jiddettaw iċ-ċirkostanzi. B’kuntrast ta’ dan, ir-rappreżentazzjoni tal-passat li huwa storja, isir ir-rikostruzzjoni ta’ dak li m’għadux preżenti.
Din l-esibizzjoni tfittex li tinkludi djalogi bejn artisti ta’ ġenerazzjonijiet differenti, imnebbħa mill-għażla oriġinali ta’ sitt artisti moderni proposti fl-1991. L-għażla ta’ xogħlijiet se toħloq djalogi sinifikanti, kull wieħed jissimbolizza narrattiva jew aspett partikolari. Dawn ix-xogħlijiet se jkunu fi djalogu mal-interventi minn artisti kontemporanji f’formati diġitali biex tinħoloq esibizzjoni simili għal installazzjoni fejn l-elementi kollha jinteraġixxu flimkien fi ħdan nisġa waħda. Billi tingħaqad il-persona tal-artist Malti, ta’ spiss maqbuda bejn memorja u storja, il-proġett se jesplora dak li hu kostanti u dak li minflok jispikka bħala differenza fi ħdan il-pajsaġġ tal-memorja.
Id-djalogu bejn il-passat u l-preżent, imqiegħda flimkien b’mod ambigwu permezz ta’ midja differenti, jaħdem biex joħloq kostellazzjoni ispirata minn Mnemosyne Atlas ta’ Warburg, fejn il-kuntradizzjonijiet jiġu esposti u l-konklużjonijiet huma msaħħa matul iż-żmien. Meta jinqraw flimkien bħala esperjenza waħda, il-kostellazzjoni ta’ wirjiet u oġġetti se tipproponi qari ġdid tal-istorja tal-arti li torbot il-preżent u l-passat.
Din l-esibizzjoni hija kkurata minn Sandro Debono u Irene Biolchini u se tittella’ bejn is-6 ta’ Settembru u l-4 ta’ Novembru 2018 fi Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta.
Lista ta’ artisti f’din l-esibizzjoni:
Carmelo Mangion, Darren Tanti, Patrick Dalli, Esprit Barthet, Pierre Portelli, Harry Alden, Anton Agius, Gabriel Caruana, Victor Agius, Josef Kalleya, Austin Camilleri, Vincent Apap, George Preca, Emvin Cremona, Alfred Chircop, Norbert Attard, Antoine Camilleri, Isabelle Borg, Vince Briffa, Frank Portelli, Raymond Pitrè, George Fenech u Ruth Bianco.