Fil-proċess kreattiv tiegħu, il-proġett jintegra tim ta’ prattikanti kreattivi sabiex jiżviluppa u jippreżenta prestazzjoni multimedjali u film f’għamla ta’ dokumentarju li jenfasizza r-realtajiet soċjokulturali tas-soċjetà kontemporanja u jiddokumenta r-realtajiet soċjali tal-eżilju, tal-kunflitt u tal-ġlieda għall-ispazju.
Of Peace and Unrest joffri pjattaforma dinamika li fuqha l-udjenzi jistgħu jieħdu sehem f’koperazzjoni artistika bla xkiel u integrazzjoni transnazzjonali kontemporanja bil-lingwa universali tal-arti li tittraxxendi l-ilsien, lir-reliġjon u lir-razza.
Of Peace and Unrest se jittella’ fit-Teatru tal-Kampus tal-Belt Valletta bejn id-29 ta’ Novembru u t-2 ta’ Diċembru 2018.
Maħluq u organizzat minn Renzo Spiteri, Vakia Stavrou, Toni Cuenca, Jovan Milosevski, Musiconnect; bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti; bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti u Valletta 2018 – Għotja ta’ Appoġġ Multiannwali tal-Fond tal-Arti.