Il-proġett għandu l-għan li jagħtik is-setgħa li tispekula ma’ persuni oħrajn il-preferenzi tiegħek għal xenarji ġejjiena possibbli. Tista’ tagħmel dan billi titkellem, tittestja, titgħallem u tiskambja l-ideat, it-tamiet u l-esperjenzi tiegħek f’ambjent kreattiv. Dan għandu jagħti lilek u lill-komunità tiegħek vuċi li tippermettilek titkellem dwar il-biżgħat, il-ħolm u l-ħtiġijiet tiegħek ma’ persuni terzi u tiddiskuti spettru ta’ viżjonijiet differenti. Billi niddiskutu l-għadd ġmielu ta’ possibbiltajiet u nispekulaw flimkien nistgħu niskopru alleanzi u kollaborazzjonijiet ġodda sabiex nimxu f’dak il-ġejjieni li nixtiequ ngħixu.
Bħala parti minn dan il-proġett, saru sensiela ta’ workshops Futuring Overture, li fihom residenti minn Malta u Għawdex iltaqgħu u skambjaw il-viżjoni tagħhom għal futuri possibbli f’Malta u fl-Ewropa.
Hawn taħt insibu dokumentarju minn Time’s Up li jiddokumenta l-workshops Futuring Overture:
Futuring Overture Documentary from Time’s Up on Vimeo.