Xogħol ta’ Chris Briffa Architects, din l-installazzjoni tesperimenta b’perspettiva u dehra b’ta’ li mod li tqiegħed flimkien żminijiet differenti li kollha jidentifikaw ma’ bidliet kbar tul il-ħajja tal-Belt Valletta fl-istess stampa, jew aħjar, installazzjoni, anke hekk kif issa l-Belt Valletta se tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018.
Il-ħames bibien storiċi tal-Belt ġew studjati, mħażżin u reinterpretati f’ikona waħda 2D, struttura li kienet imbagħad żarmata biex kull biċċa tkun fuq livell differenti minn oħra u tinħoloq projezzjoni anamofrika. Din l-installazzjoni hi mtella’ fit-tarf ta’ Triq Ġlormu Cassar (qrib il-foss ta’ San Ġakbu).
Il-Fondazzjoni Valletta 2018 temmen li l-aktar mod effettiv biex niċċelebraw it-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura għandu jkun kemm il-kreattività fil-qalba tal-attivitajiet tagħha. Id-dimensjonijiet komunikattivi u ċelebratorji f’din l-istruttura huma bilanċjati bl-użu immaġinattiv u innovattiv tal-ispazju u l-post ta’ fejn ittellgħet l-istruttura, għax dawn juru sens ta’ interattività, viżibiltà u anke logħob.
Fi kliem Chris Briffa stess, il-Belt Valletta hi kollezzjoni ta’ eri, it-total ta’ żminijiet differenti li fuqha nbnew diversi saffi ta’ arkitettura, li mmanifestaw rwieħhom f’preokkupazzjonijiet u ambizzjonijiet stilistiċi. “Prospettiva hija analoġija dwar l-importanza ta’ sforz kollettiv ġej minn lokalitajiet u nies differenti fil-kreazzjoni ta’ xi ħaġa sħiħa u koerenti,” Briffa qal, “Suċċess għal kulħadd involut, li hu verament marbut mal-wirt tal-Belt.”
Din l-installazzjoni intagħżlet minn ġurija ta’ Prof. Richard England, Rupert Cefai u Carlo Schembri wara li ttellgħet kompetizzjoni.